1. IL-ĠIMGĦA (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se ssir Laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Lulju u Diċembru. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Sant’Andrija, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĦADD (17) Fil-5p.m., fil-Bażilika issir Ċelebrazzjoni bis-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. Il-Fundraising group tal-Parroċċa se jorganizza Party tal-Karnival għall- familja kollha, is-Sibt 2 ta’ Marzu, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m. Dettalji kollha ta’ din l-attivita qiegħdin fuq in-notice boards. Se jsiru attivitajiet għat-tfal, għalhekk se jitqassam flyer lit-tfal fiċ-ċentri tal-Katekiżmu.
  1. B’tifkira ta’ meta ir-Rotunda tagħna ġiet mgħollija għad-dinjita ta’ Bażilika Minuri tal-Papa u fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija tas-sena li għaddiet, il-parroċċa stampat ktieb mimli memorji ta’ din l-okkażżjoni. Dan il-ktieb se jkun għal bejgħ matul il-weekend li ġej minn fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Min jixtieq jista’ wkoll jakkwista pendrive b’filmati tal-okkażżjoni.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret il-Ġimgħa l-oħra b’risq il-Parroċċa kienet ta’ €2430. Grazzi tas-sehem tagħkom.
  1. Nitolbu għal Saviour Portelli li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ…….

Leave a Reply