1. Il-ĦADD (23) Saint Monica Choir se jtella kunċert għal dan iż-żmien tal-Milied fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6pm, waqt li l-Banda Nicolo Isouard se ttella’ Kunċert fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7.30p.m.
  1. IT-TNEJN (24) Lejliet il-Milied, Fil-Bażilika ikun hawn il-qrar bejn id-9 u 11am u mill-4pm l-quddiem. Fis-6:00p.m. tibda l-purċissjoni tal-Bambin li toħroġ mill-Museum tas-Subien u tidħol l-Bażilika fejn isir programm qasir mit-tfal. Fis-6:30p.m. Quddiesa tal-Vġili tal-Milied fil-Bażilika. Fil-10:45p.m. tibda l-velja tal-Milied li tħejjijna għall-quddiesa ta’ nofs il-lejl li fiha jkun hemm il-prietka tat-tifel u f’nofs il-lejl tibda quddiesa solenni tal-Milied.
  1. IT-TLIETA (25) Jum il-Milied. Bħala nsara aħna fid-dmir li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddies. Il-Quddies ikun bħala nhar ta’ Ħadd barra l-quddiesa tas-6am li ma ssirx. Wara l-Quddiesa tat-8am il-ministri straordinarji tat-tqarbin jqarbnu lil morda fi djarhom.
  1. IL-ĦAMIS (27) Se ssir laqgħa għall-anzjani tal-parroċċa, fis-Sala Papa Wojtyla ta’ l-Oratorju Marija Immakulata. Tibda fid-9:30am b’quddiesa, ssir il-prietka tat-tifel u wara jsir festin flimkien.
  1. Mill-ĠIMGĦA (28) SAT-TNEJN (31) isiru l-Kwaranturi – erbgħa tijiem ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat b’ringrazzjament fi tmiem is-sena. Jibdew wara l-Quddiesa tat-8:30am sal-quddies tas-6.30pm li fiha se ssir t-talba ta’ l-għasar. Inħeġġu lil kulħadd isib ftit ħin jadura lil Ġesu Ewkaristija.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10.00am.
  1. IL-ĦADD (30) U T-TNEJN (31) Issir il-festa ta’ San Silvestru, Papa, fil-Kappella ddedikata lilu fi Vjal Indipendenza. Fl-4.30pm ruzarju u fil-5.00pm Quddiesa kantata solenni. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IL-ĦADD (30) Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena.
  1. IT-TNEJN (31) Fil-quddiesa tas-6:30p.m. jitkanta t-Te Deum u waqt l-offertorju jingħataw għotjiet ta’ flus biex jiġu megħjuna persuni u familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna u għad-Dar tal-Providenza. Fil-11:30pm fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat u f’nofs il-lejl tibda quddiesa.
  1. IT-TNEJN (31) se jiġi organizzat Festin tal-aħħar tas-Sena, fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, mit-8:30p.m. l-quddiem. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards.
  1. Nażaw li lejliet u l-għada tal-Milied l-uffiċċju parrokjali ikun magħluq.
  1. Nitolbu għal Emanuel Borg li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ……
  1. L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd il-Milied t-tajjeb.

Leave a Reply