1. IL-ĦADD (27) tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-għasel. Ikun hemm quddiesa fit-3:30p.m.
  1. IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni l-Pax et Bonum, fid-9:30am.
  1. IL-ĦAMIS (31) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĦAMIS (31) Is-Support group tan-nisa separati se jorganizza Quddiesa, fis-6p.m., fil-Mustina għan-nisa separati.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) Fil-5:00p.m., fil-Bażilika se ssir Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa, fl-okkażżjoni tal-festa tal-kandlora. It-tfal mistiedna jġibu xema magħhom.
  1. IS-SIBT (2) niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, il-festa tal-kandlora. Fil-Bażilika, fit-8:30am issir quddies kantata, li fiha jsir it-tberik tax-xema.  
  1. IS-SIBT (2) Fl-10a.m it-tfal huma mistiedna għall-sezzjoni ta’ arti ma qassis Indjan. Din l-attivita’ hi organizzata mill-Kummissjoni tfal u se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. It-tfal mitluba jġibu l-kuluri u l-karti magħhom.
  1. IL-ĦAMIS 8 ta’ Frar, il-parroċċa tagħna hi mistiedna biex tanima Quddiesa u adorazzjoni fis-Seminarju.  Tibda fid-9.30am. Se jkun hemm trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-8:45a.m. Min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Matul ix-xahar ta’ Frar se jibda t-tberik tal-familji fiz-zona ta’ Santa Margerita. Programm tat-tberik u l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Frar jinsab fl-insert tal-Fuljett Flimkien li se jitqassam fid-djarkom.
  1. IL-ĠIMGĦA 8 ta’ Frar se ssir laqgħa għal dawk mpenjati fil-Liturġija fil-Parroċċa tagħna. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Frar, mis-sagristija.
  1. Nitolbu għal Grazia Zahra, Philip Borg, Carmelo Mifsud li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply