1. GĦADA / LLUM Il-ĦADD (25) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana.
  1. MIT-TNEJN (26) SAL-ĠIMGĦA (30) se ssir il-Festa ta’ Sant Andrija, fil-kappella l-antika ta’ Sant Andrija, fis-6:00p.m. se ssir Quddiesa bil-kant u bil-prietka.
  1. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni fil-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li uliedhom qiegħdin bejn year 2 u year 5. Il-laqgħa se tkun fis-7.00pm, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
  1. IL-ĦADD (2) Nagħtu bidu għal żmien l-Avvent. Waqt il-quddies kollu jsir it-tberik tal-girlanada tal-Avvent. It-tfal kollha mħeġġa jagħmlu girlanda biex takkumpanjhom fi żmien l-avvent. Dawn il-girlandi se jitbierku fil-quddies tal-11am.
  1. IL-ĦADD, id-9 ta’ Diċembru, f’nofsinhar, se tiġi organizzata Ikla buffett għall-żmien il-Milied, fl-Lukanda l-Marfa. Aktar dettalji jinsabu fil-fuljett flimkien u fuq in-notice boards.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Diċembru mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  1. Infakkru fil-ktieb ippublikat minn Dun Pawl Sciberras b’riflessjonijiet bl-Ingliż fuq il-qari tal-quddiesa ta’ kuljum, li jibda fl-Avvent li ġej. Min jixtieq jista jakkwista kopja mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali bi prezz ta’ €15.
  1. Nhar il-Ħadd li ġej nibdew sena liturġika ġdida bl-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent. Jibda jintuża l-messalin għas-sena C. It-tema magħżula għal matul dan iż-żmien tal-Avvent hu: Tibżgħux, araw se nħabbrilkom ferħ kbir; Illum tweldilkom Salvatur.
  1. Nitolbu għal Margaret Baldacchino, Guzeppi Grech, Gużeppi Ghigo li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ….

Leave a Reply