Post Pic

Dan il-weekend qed issir l-Ewwel Tqarbina għal numru ta’ tfal. Nitolbu għalihom u għall-familji tagħhom. Il-Quddiesa tal-Ħadd / llejla tal-5:30pm. se ssir fil-Katekumenju. IT-TNEJN (17) fis-7pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-okkażżjoni ta’ jum il-missier. IT-TLIETA (18) Se ssir laqgħa għall-Katekisti kollha tal-parroċċa fil-Museum tas-Subien, fis-7.30pm. L-ERBGĦA (19) Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda […]

Post Pic

IT-TNEJN (10) Festa ta’ Marija Omm il-Knisja, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit, fis-6pm se ssir Quddiesa kantata. Kulħadd huwa mistieden. IT-TLIETA (11) Se ssir Quddiesa għall-missirijiet ħajjin u mejtin, fid-30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata. Wara ssir laqgħa organizzata mill-Azzjoni Kattolika. Kulħadd mistieden. IL-ĠIMGĦA (14) Bi preparazzjoni għall-preċett, fil-Bażilika, se jkun hawn il-qrar mill-5.00pm sas-7.00pm u jkompli s-SIBT […]

Post Pic

IT-TNEJN (3) Fis-7p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju. IL-ĦAMIS (6) Ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, fil-Bażilika, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm. IS-SIBT (8) Se issir L-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann. Tibda fl-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza. IL-ĦADD (9) Festa ta’ Pentekoste, […]

Post Pic

IL-ĦADD (26) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-Parking Area ta’ ħdejn il-Pama. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita. IT-TNEJN (27) se jsir Kuncert minn orkestra internazzjonali tal-flute. Dan il-kunċert se jsir fil-Bażilika, fis-7pm u jieħu madwar siegħa. Kulħadd mistieden. IT-TLIETA (28) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax et Bonum […]

Post Pic

It-Tnejn 27 ta’ Mejju 2019 Il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2019

Post Pic

IL-ĦADD (19) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-Pjazza fejn jarma l-Monti. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita. IT-TLIETA (21) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-quddiesa tad-9:00a.m. L-ERBGĦA (22) Se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Fil-kappella ta’ San Silvestru u fil-kappella ta’s-Sorijiet Agostinjani […]

Post Pic

IL-ĦADD (12) Se jsir ħin ta’ Evangelizazzjoni mill-Aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali, fl-10am, fuq iz-zuntier tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. IL-ĦADD (12) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata, mid-9am il-quddiem. IT-TNEJN (13) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-7.00pm, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm. IT-TLIETA (14) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza laqgħa, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am […]

Post Pic

IL-ĦADD (21) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u wara tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. IT-TNEJN (22) ikompli t-tberik […]

Post Pic

IL-ĦADD (14) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fuq iz-zuntier tal-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza minn fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq l-Isperanza, Nicolo Isouard, Kostituzzjoni għal Bażilika. IT-TNEJN (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa. IT-TNEJN (15) Jibdew […]

Post Pic

IL-ĦADD (7) Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni fis-2.30pm u fis-6:30p.m. MIT-TNEJN (8) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Bażilika fis-7.00pm. mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana. IT-TLIETA (9) Is-77 sena mill-Miraklu tal-Bomba, fis-6:30p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona u t-Te Deum. Wara l-Quddiesa se jinfetaħ uffiċjalment ix-Xelter tal-Pjazza u wara se […]