1. Il-ĦADD (29) Fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa konċelebrata, mill-ET Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, li matulha se jaqra d-digriet, li l-Knisja Arċipretali tal-Mosta saret Bażilika Minuri tal-Papa. Wara l-Quddiesa ssir ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-vara titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa. Fil-pjazza tal-Mosta se ssir attivita għall-familja kollha bis-sehem tal-baned Nicolo Isouard u Santa Marija. Kulħadd imħeġġeġ jieħu sehem. Niġbdu l-attenzjoni li r-ritratti u video se jinġibdu BISS minn persuni inkarigati.
  1. IT-TNEJN (30) Tibda l-Kwindiċina, ħmistax il-jum ta’ preparazzjoni għall-festa. It-Tema magħżula għal din is-sena hi l-Frott tal-Ispirtu s-Santu f’Marija. Fil-programm tal-festa li tqassam fi djarkom hemm riflessjoni qasira għal kull jum, biex b’hekk lkoll inħejju ruħna spritwalment. Qed nissuġerixxu li f’xi ħin tal-ġurnata nieqfu ftit fis-skiet u nitolbu flimkien ma’ Marija biex jikber fina l-‘frott’ tal-Ispirtu. It-Tnejn filgħaxija fis-7:00pm ssir quddiesa fi Triq l-Għonnella, ħdejn il-ġnien tal-Blata l-Għolja b’suffraġju għall-erwieħ kollha speċjalment dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn. Wara jsir pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi mit-toroq: Għonnella, Ċiklisti, Vjal Indipendenza, Kbira, għall-Bażilika. Fejn issir l-Antifona u l-Barka Sagramentali. Għal kumdita ta’ kulħadd fis-6:30p.m. se titlaq coach minn quddiem il-knisja għall-post fejn se ssir il-Quddiesa.
  1. Matul din il-ġimgħa se jsiru ċelebrazzjonijiet tal-Kwindiċina fiz-zoni tal-parroċċa. It-TLIETA (31) fiz-zona ta’ Ta’ Mlit, L-ERBGĦA (1) fiz-zona ta’ Santa Margerita, IL-ĦAMIS (2) fiz-zona ta’ Sant Andrija u L-ĠIMGĦA (3) fiz-Zona tal-Bidnija. Fil-Knisja Arċipretali wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. titkanta l-Antifona u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
  1. Il-ĦAMIS (2) Fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn il-Qrar bi thejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (3) Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija se ssir Lejla Maltija fl-Oratorju Marija Immakulata. Mistiedna nattendu. Booking miftuħ sa nhar l-Erbgħa.
  1. IS-SIBT (4) Se ssir it-transulazzjoni tar-relikwiji li se jitpoġġew fl-artal mejda l-ġdid. Fis-6p.m. t-transulazzjoni titlaq mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu sal-Bażilika, bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet Reliġjużi u Soċjali. Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., huma mistiedna b’mod speċjali d-diriġenti u l-membri tal-għaqdiet soċjali u ċiviċi tal-Mosta.
  1. IS-SIBT (4) Se ssir l-Ordinazzjoni tal-Isqof l-ġdid Joe Galea Curmi fil-Katidral tal-Imdina. Nitolbu għalih.
  1. Il-ĦADD (5) Fil-4:45p.m. issir iċ-Ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Magħmudija, fil-5:30p.m. tibda l-Quddiesa u wara jsir it-tberik u l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal żgħar lill-Assunta.
  1. IT-TLIETA 7 TA’ AWWISSU, se ssir Ċelebrazzjoni għaż-żgħażagħ. Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija li sde tkun bis-sehem taż-Żgħażagħ se ssir Treasure Hunt. Kull min jixtieq jieħu sehem għandu jimla formola apposta. Aktar dettalji jinsabu fuq il-paġna ta’ facebook tal-kpaz jew mill-uffiċċju parrokjali.
  1. Il-ġbir li jsir fil-Quddies ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jkun b’risq il-festa ta’ Santa Mariija. Nitolbukhom tkunu ġenerużi.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Awwissu mis-sagristija.
  1. Nitolbu għal Publius Spiteri li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply