Quddies fil-Parroċċa tal-Mosta

Il-quddies bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku se jibda mis-Sibt, 13 ta’ Ġunju, wara nofsinhar. Sakemm ikun hemm avviż ieħor, il-quddies fil-Parroċċa tal-Mosta se jsir BISS fil-Bażilika, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit u fil-Knisja tal-Madonna tal-Isperanza. Fil-kappelli u z-zoni l-oħra għalissa mhux se jsir quddies.

Il-kapaċità massima ta’ persuni fil-Bażilika se tkun ta’ 320 persuna u fil-Knisja Marija Omm il-Knisja Ta’ Mlit se tkun ta’ 80 persuna.

ĦINIJIET TAL-QUDDIES FIL-BAŻILIKA TAL-MOSTA

Fost il-ġimgħa

Mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu

6.30am

7.30am

8.30am

6:30pm

Is-Sibt filgħaxija

4.30pm

5.30pm

6.30pm

Il-Ħadd

6:00am

7.00am

8.00am

9.30am

11.00am

5:30pm

7:00pm

 Fil-Knisja Marija Omm il-Knisja ta’ Ta’ Mlit il-quddies se jkun: kull nhar ta’ Sibt fis-6:30pm u l-Ħadd fid-9.00am u fl-10.30am.

Fil-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza, il-quddies se jsir fuq iz-zuntier.

Fuq direttivi rigward miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19 se jkun hemm dawn ir-restrizzjonijiet:

  • Għandha dejjem tinżamm id-distanza ta’ 2 metri bejn persuna u oħra. Din ma tgħoddx għall-persuni li jgħixu fl-istess dar.
  • Kull persuna li tidħol il-knisja:
  • se titteħdilha t-temperatura (din ma tridx tkun aktar minn 37.2 C)
  • se tkun mitluba tagħmel użu mill-hand disinfectant
  • se tkun mitluba tilbes il-maskra jew visor
  • permezz ta’ ushers se tkun gwidata fejn tista tpoġġi bilqiegħda
  • Fil-Bażilika se jkun hemm ringieli ta’ siġġijiet: b’siġġu wieħed, b’żewġ siġġijiet, tliet siġġijiet u erba’ siġġijiet. Dan biex grupp ta’ 4 persuni li jgħixu fl-istess dar joqogħdu bilqiegħda f’ringiela waħda, u l-istess għal persuna weħidħha, grupp ta’ żewġ persuni u tliet persuni. Persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux joqogħdu bilqiegħda ħdejn xulxin.
  • Minħabba dawn id-diversi restrizzjonijiet lkoll mitluba biex niġu għal Quddiesa kwarta qabel, biex kulħadd ikun sab postu mingħajr dewmien u l-Quddiesa tibda fil-ħin.
  • Kulħadd imħeġġeġ li jġib miegħu mid-dar alcoholic disinfectant wipes biex jimsaħ is-siġġu qabel jagħmel użu minnu.
  • Għal dawk li jixtiequ jersqu għas-sagrament tal-qrar, għas-sigurta ta’ kulħadd se jkun hemm screen protettiv bejn is-saċerdot u l-persuna li tkun se tqerr.