Programm ghal

Zmien ir-Randan

fil-Parrocca tal-Mosta 2021

 

L-Erbgħa, is-17 ta’ Frar 2021 - Ras ir-Randan.

  • Matul il-quddies kollu, fil-Bażilika, isir it-tqiegħid tal-Irmied. Il-Ħin tal-Quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa - 6.30am, 7.30am, 8.30am u 6.30pm li din tkun bil-kant u bil-prietka.
  • Matul ir-Randan, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, fil-Bażilika ssir il-Via Sagra. Meditazzjoni fuq il-Passjoni ta’ Ġesù li tgħinna nirriflettu dwar l-imħabba bla qies t’Alla għalina.

Il-Ħadd 21 ta' Frar 

  • 7:00p.m. Eżerċizzi għaż-żgħażagħ waqt il-Quddiesa, fil-Bażilika.

Mit-Tnejn, l-1 sal-Ġimgħa, il-5 ta’ Marzu 2021

  • 9:00a.m. Eżerċizzi għal kulħadd  fil-Bażilika, mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana. Dawn se jkunu mxandra live fuq il-paġna ta’ facebook mostaparish.
  • 6.00p.m. Quddiesa u wara Eżerċizzi għal kulħadd, fiċ-ċentru Sant Andrija, minn Dun Antoine Borg.
  • 7.15pm jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-qrar għall-ewwel darba għat-tfal li jinsabu fl-ewwel sena katakektika.

Mit-Tnejn, it-8 sal-Ġimgħa, it-12 ta’ Marzu 2021

  • 7.45a.m. Eżerċizzi mis-Sur Joseph Borg fil-Knisja Marija Omm il-Knisja f'Ta' Mlit.
  • 6.30p.m. Quddiesa fil-Kappella Ġesu Feddej, fiz-Zona ta’ Santa Margerita. Wara l-Quddiesa se jkun hemm riflessjoni, permezz ta’ filmat, mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana.

Il-Ġimgħa, it-12 ta’ Marzu 2021 - Festa ta’ Ġesu’ Redentur

  • 4:30p.m. Qrar fil-Bażilika.
  • 5:00p.m. Quddiesa bil-kant u bl-omelija.
  • 6:30p.m. Quddiesa bil-kant u bl-omelija.
  • 8:00p.m. Quddiesa bil-kant u bl-omelija.
  • Biex niżguraw li ma jinqabiżx n-numru ta’ persuni li jistgħu jidħlu flimkien fil-Bażilika, id-dħul tal-quddies tal-5pm, 6.30pm u 8pm se jkun permezz ta’ biljetti, li dawn se jinġabru  mill-Bażilika minn Ras ir-Randan. Il-Quddiesa tas-6.30p.m. se tkun mxandra live fuq il-paġna ta’ facebook mostaparish.

Mit-Tnejn, il-15 sal-Ġimgħa, id-19 ta’ Marzu 2021

  • 7:00p.m. Eżerċizzi għal kulħadd fil-Bażilika, minn Dun Antoine Borg. Fl-okkażżjoni tas-sena ddedikata lil San Ġużepp, l-eżerċizzi se jkun b’tema marbuta ma virtujiet ta’ San Ġużepp.

Il-Ġimgħa, id-19 ta’ Marzu 2021 - Festa ta’ San Ġużepp

  • 6.30p.m. Quddiesa bil-kant u bil-prietka, minn Dun Antoine Borg, fl-okkażżjoni tal-festa Liturġika ta’ San Ġużepp.

Il-Ħamis,  il-25 ta’ Marzu 2021. - Festa tal-Annunzazzjoni tal-Mulej.

  • 9:00a.m. Jibda l-qrar, fil-Bażilika sal-11:00am. u jkompli bejn l-4:30p.m. u s-6:00p.m.

Il-Ġimgħa, is-26 ta’ Marzu 2021 - FESTA TAD-DULURI

Il-ħin tal-Quddies ikun bħal matul il-Ġimgħa.

  • 9:00a.m. Qrar fil-Bażilika sal-11.00am.
  • 12.30pm. Quddiesa għall-Ħaddiema, fil-Bażilika.
  • 4:30p.m. Ikompli l-qrar
  • 5:00p.m. Quddiesa bil-kant u bil-prietka, fil-Bażilika.
  • 6:30p.m. Quddiesa bil-kant u bil-prietka, fil-Bażilika.  Din se tkun mxandra live fuq il-paġna ta’ facebook mostaparish.
  • 8:00p.m. Quddiesa bil-kant u bil-prietka, fil-Bażilika.

Biex niżguraw li ma jinqabiżx n-numru ta’ persuni li jistgħu jidħlu flimkien fil-Bażilika, id-dħul għal-quddies tan-12.30pm, l-5.00pm, tas-6.30pm u ta' 8pm se jsir permezz ta’ biljetti, li dawn se jinġabru  mill-Bażilika minn Ras ir-Randan.