100 sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – 1913 – Programm, Aħbarijiet, Diskorsi u Ritratti

Il-Parroċċa tal-Mosta torganizza

Programm ta’ attivitajiet f’għeluq il-100 sena

mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

li sar bejn it-23 u s-27 ta’ April 1913, f’Malta.

 

Propju April tas-sena 2013, jimmarka l-mitt sena minn meta sar l-XXIV Kungress Ewkaristiku. Il-Parroċċa tal-Mosta kienet ġiet magħżula biex tilqa’ fir-Rotunda tagħha il-Legat tal-Papa Piju X, il-Kardinal Domenico Ferrata flimkien ma’ għadd kbir ta’ isqfijiet, Prelati u persuni oħra distinti li kienu attendew għal dan il-Kungress. Fil-fatt, fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta kienu saru s-seduti kollha tal-Kungress li għalihom ir-Rotunda kienet tkun imballata bin-nies kif jixhdu kitbiet li jirrakkuntaw dan l-avveniment hekk importanti għall-Knisja ta’ Malta u għall-Mosta. Minn dak iż-żmien ’l hawn il-Knisja tal-Mosta baqgħet magħrufa bħala l-Knisja tal-Kungress. Dan kien unur kbir għall-Mosta u l-poplu Mosti. Għaldaqstant kien jixraq li din il-ġrajja tiġi mfakkra f’din is-sena f’għeluq il-mitt sena. Dan il-programm li qiegħed jiġi ppreżentat, sar bl-inizjattiva tal-Parroċċa tal-Mosta, permezz ta’ grupp organizzattiv li twaqqaf apposta.

 

Il-programm ser jiftaħ b’kunċert mill-Banda Nicolò Isouard li ser tesegwixxi ‘Messa di Gloria’ ta’ Giacomo Puccini nhar is-Sibt l-20 ta’ April, fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta, fit-8:00p.m. L-għada l-Ħadd, il-21 ta’ April ser issir konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta biex tfakkar din l-okkażjoni mill-E.T. Mons Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Nhar il-Ħadd it-28 ta’ April ser issir Akkademja Mużiko-letterarja li fiha ser jiġu esegwiti fost l-oħrajn innijiet Ewkaristiċi li kienu tkantaw fil-jiem tal-Kungress. Jieħu sehem St Monica Choir.

 

Matul ix-xhur ta’ April u Mejju il-Komunità Parrokkjali tal-Mosta ser ikollha l-opportunità li ssegwi programm ta’ Katekeżi u tagħlim dwar il-valur tal-quddiesa permezz ta’ laqgħat ta’ tagħlim. Dawn il-laqgħat ser isiru nhar il-Ġimgħa 10 u 24 ta’ Mejju, fil-Katekumenju tal-Mosta, fis-7:00p.m., mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna  u wkoll permezz ta’ spjegazzjonijiet qosra fil-quddies tal-Ħadd.

 

Jixraq ukoll li jkollna opportunità biex niskopru iżjed il-valur tal-Adorazzjoni Ewkaristika. Għal dan il-għan fil-ħinijiet ta’ filgħaxija, mit-8:30p.m. sal-10:30p.m. ser issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja Arċipretali kull nhar ta’ Sibt, bejn is-27 ta’ April u t-8 ta’ Ġunju fejn inkunu nistgħu niġu fis-skiet biex naduraw lil Ġesú fl-Ewkaristija bħalma jsir fil-ġranet tal-Kwaranturi.

 

Dan il-programm jasal fi tmiemu bil-festi Ewkaristiċi ta’ Corpus Domini u l-Qalb ta’ Ġesú.

 

Għal din l-okkażjoni ġie ppublikat ktejjeb b’ritratti u tagħrif fuq dan l-avveniment storiku, li se jiġi ppreżentat waqt l-Akkademja Mużiko-letterarja li ser issir nhar il-Ħadd, it-28 ta’ April 2013.

 

Nawguraw, li matul din is-sena, li għandha rabta wkoll mal-fidi, aħna lkoll bħala Nsara nagħrfu iżjed il-kobor u l-qawwa tal-Ewkaristija bħala s-Sagrament tal-għaqda tagħna ma’ Alla, u napprezzaw aktar dan ir-rigal prezzjuż li ħallielna Ġesú u li permezz tiegħu baqa’ preżenti fostna fil-knejjes tagħna.

 

Programm Dettaljat: 

Programm 100 sena Mosta

 

Omelija ta’ Dun Pawl Sciberras li saret fil-

Quddiesa tal-ftuħ tal-programm ta’

attivitajiet, il-Ħadd 21 ta’ April 2013:

Omelija ta’ Dun Pawl Sciberras – Agħmlu dan b’tifkira tieghi

 

 Diskors ta’ Fr Hector Scerri waqt l-Akkademja :

Diskors Fr Hector Scerri – Akkademja

Aħbarijiet u Ritratti: 

 

Nhar is-Sibt 20 ta’ April 2013, inghata bidu ghac-celebrazzjionijiet fl-okkazzjoni tac-Centinarju tal-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali , li parti kbira u importanti  minnu kienet saret fir-Rotunda tal-Mosta.

Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u l-Wisq Rev. Arcipriet Albert Buhagiar ipprezentaw Messa Di Gloria ta’Giacomo Puccini fir-Rotunda.

Id-Direzzjoni Muzikali kienet f’ídejn Mro Emmanuel Spagnol.

Din il-Messa Di Gloria giet ipprezentata  ghall-ewwel darba f’Malta minn banda fuq l-arrangament  tas-Surmast Emeritus Mro. Victor Zammit flimkien mal-Banda Nicolo Isouard.

Hadu sehem Charles Vincenti (tenur) u Noel Galea (baritonu-baxx) kif ukoll il-Kor Bel Canto u l-Kor Nicolo isouard taht it-tmexxija ta’Mro. Hermann Farrugia Schranz.

Ipprezenta s-serata in-Nutar Manuel D. Schembri .

Il-Programm ittella’ bil-ghajnuna tal-BOV u l-Fond Ghall-Kawzi Gusti.

 

Nhar il-Hadd 21 ta’April 2013 filghaxija  giet iccelebrata Quddiesa Solenni fir-Rotunda immexxija mill-Arcisqof Emeritus Giuseppe Mercieca .

Ikkoncelebraw il-W.R. Arcipriet Albert Buhagiar u l-kleru Mosti. L-omelija tal-okkazzjoni saret minn Dun Pawl Sciberras.

Ha sehem il-Kor Santa Cecilia u l-orkestra li kienu taht id-Direzzjoni ta’ Mro.  Edwin Zammit.

 

Nhar il-Hadd 28 ta ‘ April 2013  filghaxija  giet organizzata Serata Muziko Letterarja fil-Knisja Arcipetali Marija Assunta, il-Mosta .

Fil-bidu kien hemm  daqq fuq l-orgni l-kbir mis-Sur Ronald Camilleri.

Is-St.Monica Choir taht id-direzzjoni ta’ Sr. Benjamina Portelli esegwixxa diversi innijiet klassici.  L-Ass. Direttur kien is-Sur Jean Paul Attard.

Akkompanjaw fuq il-pjanu Ms Roanna Vella u Ms Miriam Muscat.

Gie pprezentat feature “L-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali –Il-Mosta”, b’kitba tan-Nutar Manuel D. Schembri  u Dr. George Cassar.

Rev. Dr. Victor Scerri ghamel diskors dwar L-Ewkaristija.

Rev. Dr. Edgar Vella ghamel spjegazzjoni tal-Logo ddisinjat minnu stess  ghal dan ic-centinarju.

Dr. George Cassar ipprezenta ktieb ta’ tifkira  dwar ic-centinarju miktub minnu stess.

Il-W.R. Arcipriet Dun Albert Buhagiar ghamel diskors tal-gheluq.

Il-Mistieden specjali ta’din is-serata kien l-E.T. Arcisqof Emeritus Giuseppe Mercieca li ghamel ukoll diskors dwar l-importanza tal-Ewkaristija.

 

Nhar is-Sibt 27 ta’April 2013 saret Adorazzjoni quddiem Gesu’ Sagramentat fl-kappellun ta’San Pawl fil-Knisja Arcipetali mit-8.30pm sal-10.30pm.

Din qed ssir fl-4 ta’Mejju, fil-11 ta’Mejju, fit-18 ta’Mejju, fit-23 ta’Mejju, fl-1 u t-8 ta’ unju, dejjem is-Sibt u fl-istess hin.