Il-Parrocca tal-Mosta issellem lil Dun Karm Mifsud

Il-Parroċċa tal-Mosta tat l-aħħar tislima lil Dun Karm Mifsud, li miet il-Ħamis 4 ta’ Novembru fl-eta ta’ 89  sena. Il-Funeral li sar is-Sibt 6 ta’ Novembru beda b’korteo funebri bis-sehem tal-Banda Nicolo Isouard minn ħdejn il-Kappella ta’ San Anard għall-knisja Arċipretali fejn saret il-quddiesa, ikkonċelebrata minn diversi saċerdoti, bis-sehem tal-kor Santa Ċeċilja. Fi tmiem il-Quddiesa Mons. Arċisqof  Pawlu Cremona ċċelebra ir-riti tal-egħluq tal-quddiesa funebri, it-tberik u l-inċens.  

 Dun Karm kien għalliem, kien Rettur taz-Zona tal-Bidnija, Direttur Spiritwali tal-Mosta Scout Group, Prokuratur tal-Festa ta’ San Ġużepp u tal-Ġimgħa l-Kbira u Direttur Spiritwali tal-Banda Nicolo Isouard.

 L-Arċipriet Dun Mario Tong, il-Kleru tal-Parroċċa, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali iroddu ħajr lil Dun Karm tal-ħidma li wettaq fil-parroċċa tagħna u jagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

 Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ dejjem,

id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem,

Amen.