Petizzjoni biex jiġu riveduti xi ligijiet biex jitrażżnu l-faqar u l-eskluzjoni soċjali fl-Ewropa

Fl-okkazzjoni tas-Sena ddedikata għall-glieda kontra l-faqar fid-dinja, il-Caritas fl-Ewropa qed tagħmel petizzjoni biex titressaq fil-Parlament Ewropew, li titlob li jiġu riveduti xi ligijiet biex jitrażżnu l-faqar u l-eskluzjoni soċjali fl-Ewropa.

Wara l-Quddies tas-Sibt 27 u tal-Ħadd 28 ta’ Novembru diversi persuni iffirmaw din il-petizzjoni.

Fil-knisja Arċipretali tħallew qfief biex jinġabru oġġetti tal-ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn fil-parroċċa tagħna.