29 ta’ Mejju 1942 – Traġedja fil-Mosta għall-Tlett itfal

29 TA’ MEJJU 1942

TRAGEDJA FIL-MOSTA GHALL-TLETT ITFAL

Matul l-Ahhar Gwerra Dinjija (1939-1940) bosta Mostin tilfu hajjithom fosthom tfal.

Madwar Malta kollha kien hemm diversi mwiet ta’ tfal meta l-ghadu beda jitfa dawk li kienu maghrufa bhala “Anti Personell Bombs”. Fost dawn kien hemm dawk forma ta’ pinen tal-kitba, u bombi ftit akbar forma ta’ farfett u form ohra attrajenti li n-nies kienu jigbru sakemm gew imwissija bil-periklu taghhom.

Fid-29 ta’Mejju 1942 tlett itfal Mostin tilfu hajjithom waqt li kienu qed jilghabu ma’xi tfal ohra f’ghalqa wara d-dar taghhom. Fl-istharrig li sar wara gie konkluz li kienu sabu bomba zghira “Butterfly Bomb” u din splodiet malli messewha. Tlett itfal ohra li kienu maghhom korrew sewwa izda helsuha mill-mewt wara diversi granet fl-isptar.

It-tfal mejtin kienu Frangisku Bezzina ta’ hdax-il sena, huh Albinu   ta’ ghaxar snin u Edwin Gatt ta’ tnax-il sena. L-ghalqa kienet faccata ta’ fejn illum hemm il-Kunvent Tas-Sorijiet Agostinjani fi Triq Ponsonby.  Dawn it-tlett itfal kienu jghixu fi Triq Il-Kungress Ewkaristiku propju faccata ta’xulxin.

Dawn l-incidenti ma grawx il-Mosta biss. Ftit qabel dan l-incident kienu diga’ mietu tlett itfal ohra minn diversi nhaw f’Malta. Bejn l-1 ta’ u Marzu d-9 ta’Gunju 1942, kienu  mietu sitt itfal, ghaxra korrew serjament u hdax indarbu hafif. Wara t-tragedja tal-Mosta l-Awtoritajiet Inglizi ghamlu propaganda kbira fuq ir-Rediffussion li kienu l-uniku mezz tax-xandir dak iz-zmien. Tqassmu numru kbir ta’ fuljetti fid-djar b’disinji li juru tipi differenti ta’ “Anti Personell Bombs” kif ukoll saret propaganda kbira fl-iskejjel.

Victor B. Caruana