Tislima xierqa lil Fr Reno Grech SJ

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fit-3.30pm sar il- funeral tal-Gizwita  Fr. Reno Grech  S.J.  li ilu għal diversi snin jqaddes il-Quddiesa tal-ħdax ta’filgħodu fir-Rotunda tal-Mosta. L-omeliji tiegħu kienu jkunu qosra iżda b’ħafna tagħlim. Fr Reno kien bniedem kalm ħafna b’natural ħelu .

Huwa twieled Haż Żabbar fl-14 ta’ Novembru 1943.

Daħal Giżwita fl-1 ta’Ottubru 1962 u għamel l-Ewwel Voti fit-2 ta’ Ottubru  1964.

Huwa ġie ordnat Saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1973. Huwa għamel il-Professjoni Solenni fid-29  ta’ April 1980.

Fr Reno miet fit-28 ta’Jannar 2013.

Numru sabiħ tá  Patrijiet Giżwiti, saċerdoti kif ukoll l-Arċipriet Dun Albert Buhagiar u saċerdoti Mostin ħadu sehem fil-Quddiesa Presente Cadavere mmexxijia mill-Provinċjal tal-Gizwiti  Fr. Paul Pace. L-Isqof t’Għawdex l-E.T. Mgr. Mario Grech ħabib personali tiegħu attenda għall-quddiesa u bierek il-kadavru tiegħu fl-aħħar tal-Quddiesa.