Fl-okkazjoni tas-Sena tal-Fidi u l-50 anniversarju mill-Koncilju Vatikan II, se jsiru zewg korsijiet ta’ taghlim li ghandu x’jaqsam mal-Bibbja minn Dun Pawl Sciberras:
1) Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija (FM 102.3) minn Jannar sa Marzu 2013 fuq id-dokument tal-Koncilju Vatikan II dwar ir-Rivelazzjoni, Divina Dei Verbum. Minbarra l-istorja u l-kontentut tad-dokument innifsu, il-programm ikun jitratta wkoll aspetti relatati oħra, fosthom is-sitwazzjoni dinjija fis-snin ta’ qabel u matul il-Konċilju, il-Bibbja f’Malta u l-kontribut ta’ Dun Ġorġ Preca, Mons. Pietru Pawl Saydon, l-Għaqda Biblika Maltija. Lejn tmiem l-iskeda niflu s-sitwazzjoni fil-qasam bibliku llum u nagħtu wkoll ħarsa ‘l quddiem lejn dak li l-Knisja tixtieqna nimxu lejh. Il-Programm jittella’ minn Joe Farrugia, Delegat tal-Arcisqof ghal-Lajci, kull nhar ta’ Hamis mit-8.00pm sad-9.00pm. Jibda mill-Hamis, 3 ta’ Jannar 2013.
2) Kors qasir ta’ hames laqghat fuq Aspetti partikulari tat-talb fit-Testment il-Gdid. Isir f’Dar il-Bibbja, 62 Triq il-Miratur, il-Furjana, nhar ta’ Tlieta mis-6.00 pm sas-7.30pm. Jibda nhar it-Tlieta, 5 ta’ Frar. Min hu interessat, jista’ jcempel fuq 21220318 mis-7 ta’ Jannar ‘il quddiem (bejn id-9.30 u s-13.30) ghal aktar dettalji. Ir-registrazzjoni ssir fl-ewwel laqgha stess.