Dun Albert Buhagiar, jagħti bidu għall-ħidma pastorali bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Mosta

Dun  Albert Buhaġiar beda b’mod uffiċċjali l-ħidma pastorali tiegħu bħala Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2012, waqt Quddiesa konċelebrata li mexxa Mons. Arċiqof Pawlu Cremona. Bi tħejjija għal dan il-jum ġie organizzat programm ta’ attivitajiet:  

Il-Ħadd, il-11 ta’ Marzu 2012, l-Arċipriet iltaqa maz-żgħażagħ tal-parroċċa.

L-Erbgħa, l-14 ta’ Marzu 2012, saru żewġ attivitajiet: waħda għall-anzjani u oħra għat-tfal tal-parroċċa

Il-Ħamis, il-15 ta’ Marzu 2012, saret Velja ta’ Talb bis-sehem tal-għaqdiet  tal-parroċċa

Is-Sibt, is-17 ta’ Marzu 2012,  il-quddiesa tas-6:30p.m. kienet animata mill-Kummissjoni Familja tal-parroċċa

Il-Ħadd, it-18 ta’ Marzu 2012. JUM IL-PUSSESS, Fl- 4:30p.m. telaq  korteo bis-sehem tal-Baned Nicolo Isouard u Santa Marija mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu għall-Knisja Arċipretali, fejn fil-5:30p.m. bdiet  Quddiesa Konċelebrata, immexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, fil-knisja Arċipretali tal-Mosta, li fiha Dun Albert Buhagiar jingħata l-pussess bħala Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta. Wara l-Quddiesa saret bibita fis-Sala Papa Woytla.

Ir-Ritratti ta’ hawn taht huma kollha ta’ Victor B. Caruana. Kull min jixtieq jordna xi ritratti minn dawn għandu jċempel fuq 21431946.