ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI
L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq mill-Erbgħa 14 ta’ Awwissu sas-Sibt 17 ta’ Awwissu 2013, minħabba ż-żmien tal-festa.
L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq mill-Erbgħa 14 ta’ Awwissu sas-Sibt 17 ta’ Awwissu 2013, minħabba ż-żmien tal-festa.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, il-kummissjoni Festa Santa Marija, fi ħdan l-uffiċċju parrokkjali se torganizza Bar-Be-Que tal-Festa, fil-bitħa u l-ġnien tal-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji kollha jinsabu fil-poster ta’ hawn fuq, kif ukoll fl-appell li tqassam fid-djar kollha tal-parroċċa. Din għandha tkun attivita speċjali fejn il-membri tal-parroċċa, niltaqgħu flimkiem, nieklu, niddevertu u fl-istess ħin inkunu qed ngħinu […]
Il-Parroċċa tal-Mosta torganizza Programm ta’ attivitajiet f’għeluq il-100 sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar bejn it-23 u s-27 ta’ April 1913, f’Malta. Propju April tas-sena 2013, jimmarka l-mitt sena minn meta sar l-XXIV Kungress Ewkaristiku. Il-Parroċċa tal-Mosta kienet ġiet magħżula biex tilqa’ fir-Rotunda tagħha il-Legat tal-Papa Piju X, il-Kardinal Domenico Ferrata flimkien ma’ […]
Il-Ġimgħa 10 u l-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2013 se jsiru żewġ laqgħat dwar il-Quddiesa mill-E.T. Mons Charles Scicluna, Isqof Awżiljarju Dawn il-laqgħat se jsiru fil-Katekumenju, fis-7:00p.m. Kulħadd mistieden jieħu sehem. Poster b’aktar dettalji – Poster Laqghat dwar il-Quddiesa
Ritratti taċ-Ċelebrazzjonijiet fiż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Grazzi lil Victor Caruana.
Programm tat-Tberik tal-Familji tal-Parroċċa tal-Mosta Mit-Tnejn l-1 ta’ April sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju ser isir it-Tberik tal-Familji. Din is-sena se jsir it-tberik tal-familji tal-parti l-oħra tal-parroċċa (Jiġifieri f’dawk it-toroq li ma tberkux is-sena l-oħra). Hawn taħt, wieħed isib it-toroq li ser isir t-tberik fihom. F’dawk it-toroq li din s-sena mhux ser isir tberik fihom […]
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, ġie elett bħala l-265 suċċessur ta’ San Pietru, u għażel l-isem ta’ Franġisku. Il-Kardinal proto-djaknu Jean-Louis Tauran għamel it-tħabbira solenni lin-nies fit-8.12pm mill-gallarija ċentrali tal-Bażilika tal-Vatikan, wara d-duħħan abjad li seħħ fis-7:06pm. Fit-8.24pm, il-Papa l-ġdid Franġisku, li ħareġ wara s-Salib, deher fil-gallarija ta’ San Pietru. […]
Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fit-3.30pm sar il- funeral tal-Gizwita Fr. Reno Grech S.J. li ilu għal diversi snin jqaddes il-Quddiesa tal-ħdax ta’filgħodu fir-Rotunda tal-Mosta. L-omeliji tiegħu kienu jkunu qosra iżda b’ħafna tagħlim. Fr Reno kien bniedem kalm ħafna b’natural ħelu . Huwa twieled Haż Żabbar fl-14 ta’ Novembru 1943. Daħal Giżwita fl-1 ta’Ottubru 1962 u għamel […]
Tberik tal-annimali fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ Sant’ Anton Abbati, fil-kappella ddedikata lilu.
Fl-okkazjoni tas-Sena tal-Fidi u l-50 anniversarju mill-Koncilju Vatikan II, se jsiru zewg korsijiet ta’ taghlim li ghandu x’jaqsam mal-Bibbja minn Dun Pawl Sciberras: 1) Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija (FM 102.3) minn Jannar sa Marzu 2013 fuq id-dokument tal-Koncilju Vatikan II dwar ir-Rivelazzjoni, Divina Dei Verbum. Minbarra l-istorja u l-kontentut tad-dokument innifsu, il-programm ikun […]