Category: Parish News

100 sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – 1913 – Programm, Aħbarijiet, Diskorsi u Ritratti

Il-Parroċċa tal-Mosta torganizza Programm ta’ attivitajiet f’għeluq il-100 sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar bejn it-23 u s-27 ta’ April 1913, f’Malta.   Propju April tas-sena 2013, jimmarka l-mitt sena minn meta sar l-XXIV Kungress Ewkaristiku. Il-Parroċċa tal-Mosta kienet ġiet magħżula biex tilqa’ fir-Rotunda tagħha il-Legat tal-Papa Piju X, il-Kardinal Domenico Ferrata flimkien ma’ […]

Read Full Article

Tberik tal-Familji 2013

Programm tat-Tberik tal-Familji tal-Parroċċa tal-Mosta   Mit-Tnejn l-1 ta’ April sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju ser isir it-Tberik tal-Familji. Din is-sena se jsir it-tberik tal-familji tal-parti l-oħra tal-parroċċa (Jiġifieri f’dawk it-toroq li ma tberkux is-sena l-oħra). Hawn taħt, wieħed isib it-toroq li ser isir t-tberik fihom. F’dawk it-toroq li din s-sena mhux ser isir tberik fihom […]

Read Full Article

Il-Papa Franġisku

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, ġie elett bħala l-265 suċċessur ta’ San Pietru, u għażel l-isem ta’ Franġisku. Il-Kardinal proto-djaknu Jean-Louis Tauran għamel it-tħabbira solenni lin-nies fit-8.12pm mill-gallarija ċentrali tal-Bażilika tal-Vatikan, wara d-duħħan abjad li seħħ fis-7:06pm. Fit-8.24pm, il-Papa l-ġdid Franġisku, li ħareġ wara s-Salib, deher fil-gallarija ta’ San Pietru. […]

Read Full Article

Tislima xierqa lil Fr Reno Grech SJ

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fit-3.30pm sar il- funeral tal-Gizwita  Fr. Reno Grech  S.J.  li ilu għal diversi snin jqaddes il-Quddiesa tal-ħdax ta’filgħodu fir-Rotunda tal-Mosta. L-omeliji tiegħu kienu jkunu qosra iżda b’ħafna tagħlim. Fr Reno kien bniedem kalm ħafna b’natural ħelu . Huwa twieled Haż Żabbar fl-14 ta’ Novembru 1943. Daħal Giżwita fl-1 ta’Ottubru 1962 u għamel […]

Read Full Article

Żewġ korsijiet ta’ tagħlim

Fl-okkazjoni tas-Sena tal-Fidi u l-50 anniversarju mill-Koncilju Vatikan II, se jsiru zewg korsijiet ta’ taghlim li ghandu x’jaqsam mal-Bibbja minn Dun Pawl Sciberras: 1) Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija (FM 102.3) minn Jannar sa Marzu 2013 fuq id-dokument tal-Koncilju Vatikan II dwar ir-Rivelazzjoni, Divina Dei Verbum. Minbarra l-istorja u l-kontentut tad-dokument innifsu, il-programm ikun […]

Read Full Article

Mons Charles J. Scicluna

  Il-Parroċċa tal-Mosta tawgura lil Mons. Charles J. Scicluna bħala Isqof Awziljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta filwaqt li twiegħdu t-talba tagħha. Il-Quddiesa tal-Ħadd 25 ta’ Novembru, tad-9:00a.m., fil-knisja Arċipretali tal-Mosta kienet immexxija mill-Arċisqof Gerhard Ludwig Mueller, il-Prefett tal-kongregazzjoni tad-duttrina tal-fidi, flimkien mal-Isqof Mons. Charles Scicluna, diversi Isqfijiet oħra u saċerdoti li jaħdmu l-Vatikan.

Read Full Article