Nhar Il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2011 sar it-Tberik tal-Annimali mill-Wisq Reverendu Arċipriet Dun Mario Tong.
Din saret quddiem il-Kappella ddedikata lil San Anton Abbati li tinsab il-Mosta fit-triq li ġġib l-istess isem.
San Anton Abbati huwa l-Qaddis Protettur tal-Annimali.
Tbierku diversi annimali l-aktar klieb u żwiemel, iżda kien hemm ukoll kull xorta ta’ għasafar, qtates, fkieren, fniek u saħansitra barbaġanni.
Din iċ-ċerimonja ilha ssir fil-Mosta madwar erbgħin sena f’din il-kappella.
Din kienet saret l-ewwel darba fi zmien l-Arċipriet Mons. Bartolomeo Bezzina, u bdiet issir fuq l-inizattiva tar-rettur ta’ din il-kappella il-mibki Dun Salv Magro u minn Francis Tonna li ilu jieħu ħsieb din il-kappella għal aktar minn ħamsin sena.
Kien hemm ukoll il-Banda tal-Mosta Scouts li allegrat il-pubbliku b’diversi marċi.