Laqgħat tal-Lectio Divina

L-ERBGĦA 5 ta’ Jannar 2011 se jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-lectio Divina, fuq l-Evanġelju tal-Ħadd,

biex il-kelma ta’ Alla tidħol aktar f’moħħna bl-ispjega tagħha, f’qalbna billi l-Kelma ta’ Alla ssir it-talba tagħna,

u fil-ħajja kollha tagħna billi napplikaw din il-kelma għal ħajjitna.

Il-Lectio Divina tista’ tkun il-mezz li bih Alla jkellimna fuq sitwazzjonijiet li għaddejin minnhom,

u jagħtina r-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet tagħna.

Il-laqgħa tibda fis-7:15p.m fl-Oratorju Marija Immakulata

u tkun immexxija minn Dun Pawl Sciberras.

M’hemmx għalfejn li min jattendi jkun ħa sehem fil-laqgħat ta’ qabel tal-Lectio Divina.