Author: mosta

Laqgħat tal-Lectio Divina

L-ERBGĦA 5 ta’ Jannar 2011 se jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-lectio Divina, fuq l-Evanġelju tal-Ħadd, biex il-kelma ta’ Alla tidħol aktar f’moħħna bl-ispjega tagħha, f’qalbna billi l-Kelma ta’ Alla ssir it-talba tagħna, u fil-ħajja kollha tagħna billi napplikaw din il-kelma għal ħajjitna. Il-Lectio Divina tista’ tkun il-mezz li bih Alla jkellimna fuq sitwazzjonijiet li għaddejin minnhom, u jagħtina […]

Read Full Article

Il-Lejl tal-Milied fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

Fil-10:45p.m. beda programm ta’ qabel il-quddiesa li ħadu sehem il-Korijiet Shalom u Santa Ċeċilja, it-tfal li jattendu fl-oqsma tal-Museum tal-Mosta, Gustav Micallef li għamel il-priedka tradizzjoni tal-Milied u diversi persuni oħra. L-iscript miktub mis-Sorijiet tal-Karita tal-Mosta kif ukoll bi ħsibijiet magħżula minn Fr. Brendan Gatt inqara mill-koppja Sandro u Kathia Vella.  Mat-tokki ta’ nofs il-lejl […]

Read Full Article

Programm tal-Milied fil-Parroċċa u ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar

             Ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar, armat fil-maħżen tal-pjazza   PROGRAMM L-Erbgħa, il-15 ta’ Diċembru: BIDU TAN-NOVENA TAL-MILIED: 7.45a.m.    Quddiesa fil-Knisja Arċipretali bil-kant u b’talb addattat għat-tfal. 6.00p.m.    Rużarju 6.30p.m.    Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn Fr Michael Bugeja. Wara l-Omelija se ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda li jaqdu fil-Knisja […]

Read Full Article

Petizzjoni biex jiġu riveduti xi ligijiet biex jitrażżnu l-faqar u l-eskluzjoni soċjali fl-Ewropa

Fl-okkazzjoni tas-Sena ddedikata għall-glieda kontra l-faqar fid-dinja, il-Caritas fl-Ewropa qed tagħmel petizzjoni biex titressaq fil-Parlament Ewropew, li titlob li jiġu riveduti xi ligijiet biex jitrażżnu l-faqar u l-eskluzjoni soċjali fl-Ewropa. Wara l-Quddies tas-Sibt 27 u tal-Ħadd 28 ta’ Novembru diversi persuni iffirmaw din il-petizzjoni. Fil-knisja Arċipretali tħallew qfief biex jinġabru oġġetti tal-ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn […]

Read Full Article

Tberik tal-Girlandi

Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2010, saret laqgħa fil-knisja Arċipretali li għaliha attendew it-tfal ta’ year 5, 6 u form 1 li jattendu fiċ-ċentri tad-Duttrina tal-Parroċċa. Din il-laqgħa saret mill-Arċipriet Dun Mario Tong, bi tħejjija għaż-żmien tal-Avvent. L-Arċipriet bierek il-girlandi li jitqiegħdu fiċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa.

Read Full Article