Avviżi Festa Santa Marija

IL-ĠIMGĦA (14) Lejliet il-Festa. Fil-5:30p.m. quddiesa tal-Vġili fil-Knisja Arċipretali u Fis-6:45p.m. tibda t-transulazzjoni solenni tar-Relikwija mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ sal-Knisja. Wara jitkanta l-ewwel għasar solenni u tingħata l-Barka Sagramentali.

IS-SIBT (15) Jum il-Festa. Il-Ħin tal-Quddies ikun fis-6, fis-7 u t-8am. Il-Ministri straordinarji tat-tqarbin iqarbnu lill-morda fi djarhom wara l-quddies tas-7am. Fid-9:15am tibda l-Konċelebrazzjoni solenni tal-festa, bil-paniġierku. Hawn nilħqu l-qofol tal-festa u lkoll mistednin nieħdu sehem f’din il-quddiesa. Fil-11:00am tibda quddiesa fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja  F’11:45am tibda quddiesa oħra fil-knisja Arċipretali. Filgħaxija, fil-knisja Arċipretali issir Quddiesa letta fil-5:00p.m. u Fis-6:00p.m. għasar solenni. Fis-6:45p.m. toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija.

IL-ĦADD (16) Għada L-Ewwel Quddiesa fil-Knisja Arċipretali se tkun fis-7am. Ma jkunx hawn tas-6:00a.m.

IL-SIBT (22) Se ssir il-festa ta’ Marija Reġina – Ottava tal-Assunta fil-quddiesa tas-6:30p.m. Kulħadd huwa mħeġġeġ jieħu sehem.