Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa
bejn is-27 ta' Settembru u l-4 ta' Ottubru 2026
- IT-TNEJN (28) Se jibda kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-ċentru Sant Andrija. Nitolbu għall-għarajjes li se jattendu għal dan il-kors.
- IT-TLIETA (29) Bi tħejjija għall-bidu ta’ sena kataketika, se ssir laqgħa għall-katekisti kollha tal-parroċċa fis-7.00pm, fil-Museum tas-Subien.
- L-ERBGĦA (30) KPAŻ flimkien maż-ŻAK Mosta qed jorganizzaw laqgħa għal żgħażagħ 18+ fl-Oratorju Qalb ta' Ġesu minn Mark Lawrence Zammit. Kullħadd huwa mistieden jattendi.
- IL-ĦAMIS (1) Nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru, x-xahar tar-Rużarju. Matul dan ix-xahar nitolbu t-talba tar-rużarju b’mod komunitarju fis-6.00pm quddiem Ġesu’ Sagramentat. Inħeġġu wkoll biex din it-talba tintalab fil-familji tagħna.
- IL-ĦAMIS (1) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur għall-qrar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm., bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
- IL-ĠIMGĦA (2) Fil-5pm se ssir laqgħa għall-Addoloxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
- IL-ĠIMGĦA (2) Se jerġgħu jibdew is-sessjonijiet tal-Oratorju Goes Social. Dawn se jibdew isiru kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu bejn s-7:30pm u l-10pm. Nibdew b’mument qasir ta’ talb u wara ikun hemm ħin soċjali. Mistiedna l-adoloxxenti u żgħażagħ bejn it-13 u t-18 -il sena.
- IL-ĦADD (4) Fil-quddiesa tal-11am se terġa tibda l-liturġija animata apposta għat-tfal. It-Tfal huma mistiedna biex iġibu l-pocket tal-iskola biex jitbierek waqt l-Quddiesa.
- IL-ĦADD (4) Niċċelebraw wkoll il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn Pjazza Rotunda, Toroq Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Ġwanni XXIII, Nicolò Isouard, Nerik Mizzi, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Salvu Dimech, Kurat Bezzina, Kbira, Pjazza Rotunda. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
- Nhar is-Sibt, 17 ta’ Ottubru, se tkun organizzata ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex mill-Grupp Pastorali taż-Żona Santa Margerita. Min jixtieq jingħaqad magħhom għandu jibbukkja fl-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar is-Sibt, li ġej. Aktar dettalji fuq il-paġna ta’ Facebook –Żona Pastorali Santa Margerita Mosta.
- Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar. Il-ġabra tal-ewwel Ħadd ta’ Ottubru se ssir b’risq il-ħidma kateketika fil-parroċċa tagħna.
- Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster mis-Sagristija.
- Nitolbu għal Joseph Gatt, Mary Joseph Grech, Frances Baldacchino, Anglu Camilleri, Marija Garret u Pacifiku Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej..............
