Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn d-9 u s-16 ta' Frar 2025.

  1. IT-TNEJN (10) Hija s-solennita tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Hu dmir tagħna li, bħala Maltin nfaħħru u nroddu ħajr lil Alla tad-don tal-fidi li tana permezz ta’ San Pawl, u nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal Ħadd.
  1. IT-TNEJN (10) L-istaff tal-Blood Donation Unit se jkunu fil-Parkeġġ tal-Pama Supermarket il-Mosta, bejn d-9a.m. u s-1pm, biex kull min jixtieq, jista jagħti d-demm. Id-donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita magħhom.
  1. L-ERBGĦA (12) Se ssir laqgħa oħra mis-sensiela Rise by Ignite 18+, f’The Dome Visitors Centre, fis-7.30pm. Mistiedna ż-żgħażagħ kollha ‘l fuq minn 18 -il sena.
  1. Matul il-weekend li ġej l-Grupp Armar Marija Assunta ser jorganizza ħidma ta’ liedna fuq z-zuntier tal-Bażilika. Din l-liedna ser tintuża bħala parti mill-armar għal żmien tal-festa ta’ Santa Marija. Inħeġġu membri tal-għaqdiet, żgħażagħ u tfal jingħaqdu flimkien għal dan il-għan. Aktar dettalji minn fuq n-notice boards.
  1. IT-TNEJN 17 ta’ Frar se jibdew Katekeżi għall-adulti li se jsiru kull nhar ta' Tnejn u  Ħamis fis-7:30pm, mill-aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali, fil-Katekumenju li jinsab wara l-Bażilika Kulħadd mistieden jattendi. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
  1. Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-Anzjani, nhar l- Erbgħa 19 ta' Frar, f'Dar Ħanin Samaritan. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq il-Parroċċa li saret l-weekend li għadda kienet ta’ €2,920. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Pawlu Calleja u Marija Madalena Camilleri li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ......