Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn t-13 u l-20 ta' Lulju 2025.

  1. IT-TLIETA (15) Se ssir taħdita Storika u Artistika fil-kor tal-Bażilika, fis-7pm, fejn fiha ser niskopru iktar dwar l-attribuzzjoni tal-kwadru titulari lill-pittur Stefano Erardi. Jmexxi Andrei Azzopardi, Konservatur tal-Pitturi u Storiku tal-Arti. Kulħadd mistieden.
  1. IL-ĦAMIS (17) Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, fil-Bażilika u wara attivita fuq iz-zuntier.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq l-appell li tqassam fi djarkom. Booking sa nhar l-Erbgħa.
  1. IL-ĦADD (20) se ssir il-festa tas-Sagra Familja, fiz-Zona tal-Bidnija, li tinkludi Quddiesa kantata fis-6.30pm u purċissjoni, bl-istatwa tas-Sagra Familja.
  1. Matul din il-ġimgħa se ssir l-festa ta’ Santa Margerita, fiz-Zona ta’ Santa Margerita, minn nhar it-Tnejn sa l-Erbgħa, fis-7p.m. se ssir Quddiesa, quddiem il-kappella l-qadima ta’ Santa Margerita.
  1. Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-Anzjani, l-Erbgħa, it-23 ta' Lulju, filghaxija fil-Qawra. Booking fl-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar is-Sibt li ġej.
  1. Il-Grupp Pastorali taz-Zona ta’ Santa Margerita ser jorganizza Ħarġa għal Għawdex, il-Ġimgħa, il-25 ta’ Lulju 2025, wara nofsinhar sa filgħaxija. Aktar dettalji minn fuq n-notice board.
  1. Il-Ġabra speċjali, b’risq il-festa ta’ Santa Marija li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €3,360. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Hugo Mizzi li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ.....