Avviżi u Aħbarijiet

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa

bejn l-11 u t-18 ta' Ottubru 2026

  1. IS-SIBT (10) Wara l-Quddiesa tas-6:30pm. se jittella kunċert fuq it-taraġ taz-zuntier tal-Bażilika mill-Kor Germaniz Obersberg Model and Comprehensive School Youth Choir. Kulħadd hu misteden.
  1. IT-TNEJN (12) Fil-bidu tas-sena kataketika se ssir Quddiesa għat-tfal li jattendu l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, Oratorju Marija Immakulata u ċ-Ċentru Sant Andrija, fil-Bażilika, fil-5pm.
  1. IT-TLIETA (13) Se ssir Quddiesa għat-tieni grupp ta’ tfal; dawk li jattendu l-Museum Subien, Santa Margerita u Sunday School. Il-quddies wkoll tkun fil-Bażilika, fil-5pm.
  1. IT-TLIETA (13) Il-Grupp ta’ Talb Paċi u Sliem qed jistieden lil kulħadd għal laqgħa li se ssir fiċ-Ċentru Sant Andrija, fis-7.15pm, bit-tema Il-Kariżmi ta’ Marija fil-ħajja tagħna. Imexxi l-Arċipriet Dun Bastjan Caruana.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Fil-5pm se ssir laqgħa għall-Addoloxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof dan ix-xahar. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina s-sena d-dieħla. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7pm.
  1. IS-SIBT (17) Se jsir Seminar għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju 2027. Is-seminar se jsir fiċ-ċentru Sant Andrija, mid-9am sa nofsinhar.
  1. IL-ĦADD (18) Infakkru l-155 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. Il-Jum propju tal-Konsagrazzjoni, hu nhar il-Ħamis il-15 ta’ Ottubru.
  1. IL-ĦADD (18) Hija l-Ġurnata Missjunarja. Ta’ kull sena noffru t-talb u l-għajnuna finanzjarja tagħna lill-knejjes u lil ħutna fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir li jsir waqt il-quddies jkun l-offerta tagħna għall-missjoni.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq il-parroċċa tagħna, li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €2,910 u dik b’risq l-Art Imqaddsa kienet ta’ €3,130. Grazzi.