Skopri momument
majestuż f’ġieħ Marija
mtellgħa s-sema
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
L-ISTORJA TAL-BAŻILIKA
L-ewwel ġebla tqiegħdet
fl-1833 u damet 27 sena
biex tlestiet
Dan il-bini granjuż huwa t-tielet knisja li nbniet fuq l-istess sit.
L-ARTI FIL-BAŻILIKA
Il-Bażilika tal-Mosta
hija mżejna b’arti
sagra mprezzabli
Permezz ta' dan il-filmat nixtiequ nagħtu ftit togħma tal-arti l-Bażilika tal-Mosta hija imżejna biha
IL-MIRAKLU TAL-BOMBA
Il-Bażilika nħelset b’miraklu
milli tinqered b’bomba fit-
tieni gwerra dinjija
Kien il-Ħamis id-9 ta’April 1942 matul it-Tieni Gwerra Dinjija wara nofs in-nhar meta ħamsin Bomber tal-għadu attakaw lil gzejjer Maltin u waddbu bomba li nifdet il-koppla tar-Rotunda fil-4.40pm.
IX-XELTER TAL-KNISJA
Ix-Xelter huwa xi haġa unika u ta' storja kbira għal Mosta u l-Mostin
Ix-Xelter tat-tieni gwerra dinjija li jinsab taħt iz-zuntier tal-Bażilika tal-Mosta ġie imħaffer bl-idejn minn ħmistax il-ħaddiem Mosti. Dan kien jintuża fi żmiem il-gwerra biex il-familji jiġu protetti mill-bombi tal-għadu.
Llum il-ġurnata dan ix-Xelter reġa nfetaħ u fih saru żewġ wirijiet, waħda ta' ritratti ta' Malta fit-tieni gwerra dinjija u wirja oħra ta' għodod ta' xogħlijiet tradizzjonali Maltin.
Ippjana ż-żjara tiegħek fil-Bażilika ta’ Santa Marija ġewwa l-Mosta
Il-Bażilika tal-Mosta, minbarra li b'mod prinċipali sservi bħala post fejn il-Komunita tiltaqa biex tiċċelebra, għandha ħinijiet partikulari għal dawk li jixtiequ jżuru dan il-monument nazzjonali. Minbarra l-ħafna gruppi li jiġu iżuru lil dan il-mużew ħaj, ikun hemm diversi gruppi li jiġu ukoll biex jiċċelebraw il-Quddiesa jew jitolbu bħala grupp. Għal aktar informazzjoni dwar dan u biex isir booking għandha tintbagħat email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 00356 99453484.
.
KIF TASAL
Il-Bażilika ta’ Santa Marija tinsab ġewwa ir-raħal tal-Mosta. Skopri fuq il-mappa kif tasal.
ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAL-BAŻILIKA GĦALL-VIŻITATURI
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9:30am sas-6:00p.m. - l-aħħar dħul fil-5.30pm.
Is-Sibt mid-9:30a.m. sal-4:30p.m. - l-aħħar dħul fl-4.00pm.
Il-Ħadd minn nofsinhar sal-5:00p.m. - l-aħħar dħul fl-4.30pm.
HLAS BIEX TIDĦOL
Turisti li jixtiequ jżuru r-Rotunda tal-Mosta, is-Sagristija prinċipali u l-mużew fejn tinsab il-bomba huma mitluba li jħallsu €2. Dawk li jkunu jixtiequ jżuru ix-Xelter tat-tieni gwerra u l-Bażilika mitluba jħallsu €3 u dawk li jixtieq jitilgħu fil-gallarija interna u esterna tal-koppla tal-Bażilika, l-Knisja u x-Xelter €5. Hemm rati speċjali għall-gruppi.