AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
Avviżi Parroċċa Mosta
Mill-11 sat-18 ta' April 2021
- Il-Ħadd (11) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina.Fit-8.30am u fis-7pm se jixxandru l-Quddies, mill-Bażilika. Fil-5pm se ssir siegħa Adorazzjoni, imxandra fuq il-paġna ta’ facebook.
- Matul din il-ġimgħa se nkomplu nxandru l-Quddiesa ta’ kuljum mill-Bażilika, fit-8.30am. Sa nhar is-Sibt li ġej il-Bażilika tkun miftuħa għal ħin ta’ Talb mis-7am sat-8.30am u mill-5pm sas-7pm.
- Il-Ħadd (18) Se jerġa jibda jiġi ċċelebrat il-Quddies, fil-parteċipazzjoni tal-poplu. Il-ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika se jkunu fis-6am, 7am, 8am, 9am, 10am, 11am, 5.30pm u 7.00pm. Il-Quddiesa tat-8am tibqa tixxandar fuq il-paġna ta’ facebook.
- IL-Ħadd (18) Fil-5pm, fil-Bażilika se ssir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
- Wara l-Vaganzi tal-Għid se jerġa jibda t-tagħlim tal-Katekiżmu għat-tfal, dan se jkompli online.
- Nitolbu għal Joseph Bourke, Sr Josepha Caruana, Victoria Deguara, Guza Bouldwin, Joseph Borg, Peter Paul Brincat, Joseph Pisani, Joseph Galea, Victoria Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ......