• MT
  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop
  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop

TAGĦLIM TAL-KATEKIŻMU FIL-PARROĊĊA TAL-MOSTA 2026 - 2027

Il-laqgħat tat-tfal jibdew mill-Ħadd 27 ta’ Settembru 2026

Introduzzjoni

Kemm hi grazzja kbira li t-tfal jikbru f’ambjent Nisrani! Mhux biżżejjed li jkunu mgħammdin sa minn ċkunithom, imma importanti li t-tfal jitgħallmu jgħixu l-Magħmudija tagħhom. Bla dubju ta’ xejn, dan jibda fil-ħajja tal-familja stess. Dak li jieħdu mid-dar jimmarka l-mod kif jgħixu llum u għada. Familja Nisranija tagħti valuri Nsara lit-tfal u tgħinhom jikbru fil-ħajja spiritwali tagħhom.

Meta t-tfal jibdew jikbru u jitħalltu ma’ oħrajn, ikollhom bżonn li l-formazzjoni Nisranija tagħhom tkun aktar strutturata; din li nsejħulha formazzjoni kateketika. F’dan il-proċess, it-tfal jitgħallmu jgħixu l-fidi tagħhom f’komunità Nisranija. Il-laqgħat li jsiru tul dan il-programm ta’ formazzjoni mhumiex sempliċiment lezzjonijiet biex jitgħallmu dwar Ġesù, imma hija aktar esperjenza li tlaqqagħhom ma’ Ġesù, li qal: “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, jiena nkun f’nofshom.” Tul dan iż-żmien, it-tfal jitgħallmu jgħixu u jħobbu lil xulxin u jinbnew f’komunità tassew Nisranija. Biex jintlaħaq dan il-għan, barra l-lezzjonijiet, ikun hemm ukoll xi drabi fejn t-tfal jiltaqgħu fil-knisja għat-talb, ikun hemm wkoll ħin ta’ logħob, u esperjenzi oħra li jgħinuhom jaħsbu f’min hu fil-bżonn.

Dan il-programm huwa mifrux fuq sitt snin. It-tfal jibdew mill-età ta’ ħames / sitt snin u jkomplu sa tnax-il sena, fejn huma jaslu li jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Biex dan il-programm ikun effettiv u jħalli l-frott, huwa ferm importanti li t-tfal jattendu regolarment matul is-snin kollha tal-formazzjoni. Jekk ma jkunx hemm regolarità, it-tfal qatt ma jista’ jkollhom tassew esperjenza ta’ komunità.

Għaldaqstant, qed inħeġġu lill-ġenituri kollha biex jagħrfu r-responsabbiltà li għandhom lejn uliedhom u jagħmlu ħilithom kollha biex jibagħtu lil uliedhom għall-formazzjoni kateketika. Dak li ninvestu llum f’uliedna jħalli l-frott ’il quddiem. Tkun ta’ ġid kbir għat-tfal meta l-ġenituri u l-katekisti jaħdmu id f’id tul din l-mixja sabiħa ta’ fidi.

Fi tmiem is-sena kateketika, se jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lit-tfal kollha li jkunu attendew għal aktar minn 75% tal-laqgħat tagħhom. Dan jagħtihom il-possibbiltà li jkomplu l-mixja tagħhom f’sena oħra ta’ formazzjoni.

 

Programm Kateketiku 2026-2027

Ċentru Kataketiku

Dati għall-infantili (year 1 fl-iskola)

Dati għal sena 1

(year 2 fl-iskola)

Dati għal sena 2

(year 3 fl-iskola)

Dati għal sena 3

(year 4 fl-iskola)

Dati għal sena 4

(year 5 fl-iskola)

Dati għal sena 5

(year 6 fl-iskola)

Dati għal sena 6

(year 7 fl-iskola)

Museum Subien

(subien biss)

 

It-Tlieta mis-5:45pm sas-6:30pm.

It-Tlieta u Ġimgħa mis-5:45pm sas-6:30pm.

It-Tlieta u Ġimgħa mis-5:45pm sas-6:30pm.

It-Tlieta u Ġimgħa mis-5:45pm sas-6:30pm.

It-Tlieta u Ġimgħa mis-5:45pm sas-6:30pm.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (barra l-Erbgħa) mis-6:45pm sat-7:45pm.

Is-Sibt u l-Ħadd il-Museum jiftaħ skont kif ikun avżat.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (barra l-Erbgħa) mis-6:45pm sat-7:45pm.

Is-Sibt u l-Ħadd il-Museum jiftaħ skont kif ikun avżat.

 

Ċentru Santa Margerita

(subien u bniet)

 

Il-Ħamis, mill-4.45pm sal-5.25pm

 

It-Tlieta u Ħamis, mill-4.45pm sal-5.30pm

It-Tlieta u Ħamis, mill-4.45pm sal-5.30pm

It-Tlieta u Ħamis, mill-4.45pm sal-5.30pm

It-Tlieta u Ħamis, mill-5:00pm sal-5.45pm

It-Tlieta u Ħamis, mill-5.00pm sal-5.45pm

It-Tlieta, mill-4.45pm sal-5.45pm

Ċentru Sant Andrija

(subien u bniet)

Mhux offruta

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

It-Tnejn mill-4.45 pm sal-5.45 pm

L-Erbgha mis-6.00 pm sas-6.30 pm

 

Oratorju Marija Immakulata

(bniet biss)

 

It-Tnejn, mill-4:00pm sal-4:30pm.

 

It-Tnejn u l-Erbgħa mill-4:45pm sal-5:30pm.

 

It-Tnejn u l-Erbgħa mill-4:45pm sal-5:30pm.

 

It-Tnejn u l-Erbgħa mill-4:45pm sal-5:30pm.

 

It-Tnejn u l-Erbgħa mill-4:45pm sal-5:30pm.

 

It-Tnejn u l-Erbgħa mill-4:45pm sal-5:30pm.

 

It-Tnejn jew l-Erbgħa mill-4:45pm sas-5:45pm

Oratorju Qalb ta’ Ġesu’

(subien biss)

 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn u l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.15pm. 

It-Tnejn jew l-Erbgha bejn l-4.30pm u l-5.30pm.

 

Sunday School

(subien u bniet flimkien mal-ġenituri tagħhom)

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

Il-Ħadd bejn id-9:30 u l-10:30am  

 

Dati għar-reġistrazzjoni fiċ-ċentri tal-Katekiżmu fil-Mosta 2026-2027

Ċentru Kataketiku

Data

Ħin Post

Post

Museum Subien

(subien biss)

 

It-Tnejn 24 t’Awwissu, il-Ħamis 27 ta’ Awwissu. It-Tnejn 31 ta’ Awwissu, it-Tnejn 7 ta’ Settembru, il-Ħamis 10 ta’ Settembru u l-Ġimgħa 11 ta’ Settembru

 

Bejn is-6.00pm u t-8.00pm

Museum tas-subien fi triq Papa Ġwanni XXIII

Ċentru Santa Margerita

(subien u bniet)

 

It-Tlieta 1 ta’ Settembru u l-Ħamis 17 ta’ Settembru.

Bejn is-7pm u t-8pm

Ċentru Santa Margerita fi triq il-Pont (fejn kien il-Museum tal-bniet).

Ċentru Sant Andrija

(subien u bniet)

 

L-Erbgha 2 ta' Settembru 2026.

It-tfal li diga ghandhom l-ħuthom jattendu f'dan ic-Centru jinghataw preferenza.

Bejn l-4.45 pm u s-5.45pm

Ċentru Sant Andrija fi triq il-kostutuzzjoni, jew triq trinċetta.

Oratorju Marija Immakulata

(subien biss)

 

It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu u l-Erbgħa, 16 ta’ Settembru.

Bejn l-4:30pm u l-5:30pm

 

Oratorju Marija Immakulata fi triq it-Torri

Oratorju Qalb ta’ Ġesu’

(subien biss)

 

It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu u l-Erbgħa, 16 ta’ Settembru.

Bejn l-4:30pm u l-5:30pm

 

Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ fi Pjazza Dun Anġ Camilleri

Sunday School

(subien u bniet)

 

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru (il-jum meta tibda is-Sunday School).

Fid-9.30am

Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ fi Pjazza Dun Anġ Camilleri

 

Punti importanti għar-reġistrazzjoni:

  • Jiġu rreġistrati t-tfal li twieldu fis-sena 2020 u 2021, kif wkoll ta’ dawk li se jibdlu ċ-ċentru jew ġejjin minn parroċċi oħra
  • Jinġieb ċertifikat tal-magħmudija tat-tfal.
  • Iż-żewġ ġenituri għandhom ikunu preżenti biex jiffirmaw il-formula.

LINKS

  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop

IKKUNTATJANA

Ufficcju Parrokkjali
1, Triq il-Bażilika,
Mosta MST 2015
Tel: 21 433 826 / 27 418 368 
Email: [email protected], [email protected] 

SIBNA

  • Regoli tal-privatezza
  • Termini u Kundizzjonijiet

© 2020 Mosta Parish - Designed by Derek Fenech

Powered By9H Digital