Wirja – Il-Golgota f’Għajn Riħana

Infetħet wirja “Il-Golgota f’Għajn Riħana”. Wirja għaż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, bi statwi b’daqs uman. Din il-Wirja se tibqa miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 22 ta’ April 2011, f’Għajn Riħana, fejn il-Kappella ta’ Santa Margerita, fit-Triq ta’ Burmarrad. Id-Donazzjonijiet li jinġabru se jmorru għall-ispejjeż taz-zuntier il-ġdid tar-Rotunda tal-Mosta.  Hawn taħt wieħed jista jsib xi ritratti ta’ din il-wirja.