L-ewwel impenji tal-Arċipriet il-ġdid fil-Mosta

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012, l-Arċipriet il-ġdid Dun Albert Buhagiar kellu ġurnata mpenjuża mhux ħażin.

Wara li qaddes il-Parroċċa u qarben kwazi f’kull quddiesa, huwa bierek l-annimali fil-festa ta’ San Anton Abbati ghall-ewwel darba.

Għalkemm it-temp kien ikraħ u kienet traxxax ix-xita numru kbir ta’ nies attendew b’kull xorta ta’ annimali fosthom, zwiemel, klieb,  qtates, hamiem ,fniek, ħmir u sriep u kull xorta ta’ għasafar.

Kienet okkazjoni sabiha oħra biex in-nies jiltaqgħu u jsiru jafu lill-Arċipriet il-ġdid.

Fl-4 ta’ wara nofs in-nhar l-Arċipriet għammed l-ewwel erba’ trabi fil-Mosta.