Ordinazzjoni tad-Djakonat fil-parroċċa tagħna

IL-ĦADD 4 ta’ Novembru 2012, fil-quddiesa tal-5:30p.m., Mons Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ sitt Seminaristi u Reliġjużi: Fra Josef Pace OFM Conv, Fra Stephen Borg OFM Conv, Leonard Mintoff, Reuben Vella, Fra Terence Spiteri OSA,  u ta’ Charlon Muscat mill-parroċċa tagħna.  Bi preperazzjoni għal din l-ordinazzjoni nhar il-Ħamis 1 ta’ Novembru  wara l-quddiesa tas-6:30p.m. se ssir Adorazzjoni mmexxija mis-Seminaristi u Reliġjużi b’talb għal Vokazzjonijiet u għal dawk li se jiġu ordnati djakni. Lkoll mistiedna nieħdu sehem.