Bar-Be-Que tal-Festa

Il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, il-kummissjoni Festa Santa Marija, fi ħdan l-uffiċċju parrokkjali se torganizza Bar-Be-Que tal-Festa, fil-bitħa u l-ġnien tal-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji kollha jinsabu fil-poster ta’ hawn fuq, kif ukoll fl-appell li tqassam fid-djar kollha tal-parroċċa. Din għandha tkun attivita speċjali fejn il-membri tal-parroċċa, niltaqgħu flimkiem, nieklu, niddevertu u fl-istess ħin inkunu qed ngħinu fl-ispejjeż tal-festa.  Inħeġġu lil kulħadd biex jiġi u jħeġġeġ lil ħbieb tiegħu biex jiġu ukoll.