Avviżi u Aħbarijiet

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa

bejn it-18 u l-25 ta' Ottubru 2026

  1. IT-TLIETA (20) Se ssir laqgħa dwar il-post cresima, għall-ġenituri tal-Addoloxxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa se ssir fil-Katekumenju, fis-7.15pm.
  1. L-ERBĠĦA (21) Wara l-Quddiesa tas-6:30pm, se jsir il-Ħasil tal-Bażilika. Qed nagħmlu appell għal kull min jista, biex jiġi jgħin. Fil-Bażilika għandna żewġ gruppi li jieħdu ħsieb it-tindif, wieħed jiltaqa kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu u ieħor kull l-aħħar Erbgħa tax-xahar filgħaxija. Grazzi lil dawk kollha li jimpenjaw ruħhom.
  1. IL-ĦAMIS (22) Se ssir laqgħa għas-separati fil-kappella ta’ San Anard fis-7.00pm.
  1. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons Arċisqof. Il-Griżma se ssir fil-Quddies tas-Sibt fis-6:30p.m. u l-Ħadd fl-4.30pm. Navżaw li fil-Bażilika, il-Quddiesa tas-Sibt fis-6.30pm u l-Ħadd tal-5.30pm. mhux se jsir. Wieħed għandu jaħseb biex jieħu sehem f’Quddies ieħor li jsir filgħodu jew fis-7pm.
  1. Bejn il-Ħamis (29) u l-Ġimgħa (30) ta’ Ottubru se ssir Outreach fiz-Zona ta’ Santa Margerita. Programm b’aktar dettalji jinsab ħdejn il-bieb tal-Bażilika. Ilkoll mħeġġa nitolbu biex joħroġ l-ġid spiritwali u nipparteċipaw fil-programm li se jsir.
  1. Nitolbu għal Christopher Muscat li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej..............