Avviżi u Aħbarijiet

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa

bejn l-1 u t-8  ta' Novembru 2026

  1. IT-TNEJN (2) L-Għid tal-Imwiet, nagħmlu t-tifkira solenni tal-mejtin kollha. Il-Quddiesa tas-6.30pm, fil-BażilIka tkun bil-kant u bil-prietka. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra tal-Bażilika u l-Kannierja. Il-Kannierja qed tkun miftuħa matul il-jum kollu, id-dħul jkun mill-lift li hemm ħdejn is-Sagristija tal-bomba.
  1. IT-TLIETA (3) L-Azzjoni Kattolika Adulti se torganizza Quddiesa għall-benefatturi tal-Oratorju Marija Immakulata u l-erwieħ kollha fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Immakulata. Imexxi Dun Joe Fsadni. 
  1. IL-ĦAMIS (5) Fil-Bażilika, ikun hawn il-Qrar bi thejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IS-SIBT (7) Fil-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se jkunu mistiedna speċjali dawk il-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom.
  1. IL-ĦADD (8) Il-Mobile Blood Donation Unit se tkun fi Pjazza 16 ta' Settembru (fejn jarma l-monti), bejn it-8:30a.m. u s-1pm. Id-donaturi mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita.
  1. IL-ĦADD (8) Fl-4p.m. se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
  1. F’Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fit-3:30p.m.
  1. Fil-Weekend li ġej se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. Is-Sibt (7) u l-Ħadd (8) se ssir Quddiesa bil-kant u l-prietka fis-6pm.
  1. Nitolbu għal Charlie Camilleri, Giovanna Maria Galea, Joseph Zammit, Carmen Scerri u George Zammit li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....