Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa

bejn it-2 u d-9 ta' Novembru 2025.

  1. IL-ĦADD (2) Fl-4p.m. se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
  1. IL-ĦAMIS (6) Fil-Bażilika, ikun hawn il-Qrar bi thejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (7) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina s-sena d-dieħla. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7pm.
  1. IS-SIBT (8) Fil-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se jkunu mistiedna speċjali dawk il-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom.
  1. Fil-Weekend li ġej se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. Is-Sibt (8) u l-Ħadd (9) se ssir Quddiesa bil-kant u l-prietka fis-6pm.
  1. Mosta Rotunda Foundation se torganizza Kunċert għal Żmien il-Milied, nhar is-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Diċembru, fil-Bażilika fit-8pm. F’dan il-kunċert, li se jkun ta’ madwar siegħa se jieħdu sehem il-Kor tat-tfal subien mill-Ingilterra “Libera”. Id-Dħul se jkun bla ħlas, pero se jkun bil-biljetti. Kull min jixtieq jattendi għandu jiġbor biljett mill-Bażilika minn nhar il-Ġimgħa (7) li ġej l-quddiem.
  1. Nitolbu għal Mary Grace Bunce u Claude Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....