Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa
bejn t-8 u l-15 ta' Novembru 2026
- IL-ĦADD (8) Fl-4p.m. se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
- IL-ĦADD (8) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata.
- L-ERBGĦA (11) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella taċ-Ċentru ta’ Sant'Andrija, fl-9.45am.
- MILL-ERBGĦA (11) SAL-ĠIMGĦA (13) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30 a.m. u n-12:30p.m.
- IS-SIBT (14) Il-Quddiesa tat-8.30am minflok fil-Bażilika se ssir fil-Kannierja u se tkun b’suffraġju għal dawk midfunin f’dan il-post.
- IL-ĦADD (15) Issir il-festa fil-kappella tal-Madonna tal-Isperanza. Minn nhar l-Erbgħa sal-Ħadd, fil-5:00p.m. jingħad r-Rużarju u fil-5:30p.m. ikun hemm Quddiesa.
- IL-ĦADD (15) Issir Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, fil-Bażilika, fil-5pm.
- Il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Mosta A tixtieq tavża li l-applikazzjonijet għal dawk it-tfal li se jibdew jattendu l-Kindergarten fi Frar 2027 issa huma miftuħa. Huma eliġibli dawk it-tfal li twieldu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2024. Aktar dettalji minn fuq n-notice board.
- Ġew ippublikati r-regolamenti għad-Dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta. Aktar informazzjoni minn fuq in-noticeboard u l-website – knisja.mt
- Il-Grupp Servizz Tama fil-Kummissjoni Djakonija se jorganizza ħarġa għall-Anzjani għas-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa, r-Rabat. Aktar dettalji minn fuq in-Notice board. Kitba fl- Uffiċċju Parrokkjali sas-Sibt li ġej.
- Il-ġabra speċjali b’risq il-Parroċċa li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €3,020. Grazzi lil kulħadd.
- Nitolbu għal Rosaria Gauci u Maria Dolores Demicoli li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....
