Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn d-29 ta' Ġunju u s-6 ta' Lulju 2025.

  1. IT-TNEJN (30) Festa ta’ San Paċifiku, meqjum fil-kor tal-Bażilika. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun kantata.
  1. L-ERBGĦA (2) Se jsir Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. It-Trasport jitlaq fit-2.45pm, mill-Pjazza tal-Mosta. Booking fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar It-Tnejn li ġej.
  1. L-ERBGĦA (2) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tlett xhur.
  1. IL-ĦAMIS (3) Ikun hawn il-Qrar bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9:00 u l-11am u bejn l-4:30 u s-6p.m.
  1. IL-ĦAMIS (3) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Din se tibqa ssir kull nhar ta’ Ħamis, għal matul iż-żmien tas-Sajf. Wara l-quddiesa ssir attivita fuq iz-zuntier. Navżaw li għal matul iż-żmien tas-Sajf l-Adorazzjoni, fil-Bażilika qabel l-Quddiesa ta’ filgħaxija se tibda ssir nhar ta’ Ġimgħa.
  1. IL-ĦAMIS (3) Se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi tal-Parroċċa. Il-laqgħa se ssir fil-Kor tal-Bażilika, fis-7pm.
  1. IL-ĦADD (6) Ssir il-ġabra speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-xahar, li din darba il-ġabra se tmur b’risq il-festa ta’ Santa Marija.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitlub jiġbru r-roster ta’ Lulju mis-Sagristija.
  1. Infakkru fis-Summer Club għall-adoloxxenti bniet mill-year 6 -il fuq, ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, fl-Oratorju Marija Immakulata. Aktar dettalji fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Oratorju Marija Immakulata jew minn fuq in-noticeboards.
  1. Nitolbu għal Carmen Micallef u Patrick Bezzina li għaddew għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....