Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa
bejn it-23 u t -30 ta' Awwissu 2026
- IT-TLIETA (25) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
- IL-ĦAMIS (27) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se terġa tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara se ssir attivita għalihom fuq iz-zuntier.
- IL-ĦAMIS (27) Se ssir laqgħa tas-Separati fil-kappella ta’ San Anard, fis-7pm.
- IL-ĠIMGĦA (28) Se tiġi organizzata Burger Night, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, bħala fundraising tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq n-notice board. Booking sa nhar il-Ħamis.
- Mosta Rotunda Foundation qed tistieden lil kulħadd għal open weekend, fejn wieħed se jkun jista jara x-xogħol fuq l-proġett tal-Kripta u l-Mużew l-ġdid tal-Bażilika. Dan se jsir nhar is-Sibt (29) bejn l-5pm u l-10pm u l-Ħadd (30) bejn d-9am u s-1pm. Matul din l-attivita ser jiġu organizzati ukoll tours bil-Malti li għalihom wieħed irid jiġbor biljett mir-reception tal-Bażilika. Is-Sibt (29) fit-8:30pm se jkun hemm programm ta’ mużika bl-arpa u l-vjoliċell fuq il-portiku. Aktar dettalji jinkisbu minn fuq flyer li qed jitqassam ħdejn il-bieb prinċipali.
- Nitolbu għal Frank Busuttil, Joseph Muscat, Joseph Galea, David Vatter u Carmelo Falzon li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej.....
