Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa

bejn id-19 u s-26 ta' Ottubru 2025.

  1. Dan il-weekend qed jiġi amministrat s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nitolbu għal dawk li se jirċievu dan is-sagrament. IL-ĦADD (26) Il-quddies filgħaxija ikun fl-4.30p.m. li fiha jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof u jkun hawn quddiesa oħra fis-7pm.
  1. IT-TLIETA (28) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (28) L-Azzjoni Kattolika Adulti qegħda torganiżża laqgħa Marjana, fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Immakulata.
  1. L-ERBGĦA (29) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella ta’ San Anton, fid-9.00a.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (29) Se jsir Kunċert Marjan fil-Bażilika imtella' mis-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard bis-sehem ta' Kor Marija Assunta bl-isem ta' In Caelum Assumpta. Il-Kunċert jibda fit-8pm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĦAMIS (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, tkun bis-sehem tat-Terzjarji Karmelitani, fl-anniversarju tal-mewt ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Fl-okkazzjoni tal-75 anniversarju mid-Domma tal-Assunzjoni, meta l-Papa Piju XII ddikjara t-tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem bħala domma ta’ fidi, ser tiġi organizzata Ċelebrazzjoni Marjana u Konċelebrazzjoni fil-Bażilika. Iċ-Ċelebrazzjoni Marjana ser tibda fis-5:45pm minn tlett postijiet differenti: Iż-Żgħażagħ mill-Oratorju Qalb ta' Ġesu, L-Anzjani mill-Oratorju Marija Immakulata, u t-tfal, familji, membri tal-Għaqdiet u poplu minn ħdejn il-monument tal-Qalbiena Mostin fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kulħadd se jimxi u jingħaqad flimkien fi Triq il-Kungress Ewkarisitiku, waqt li tintalab it-talba tal-Rużarju. Fis-7:00pm se tibda Konċelebrazzjoni Solenni fil-Bażilika. Inħeġġin biex lkoll nieħdu sehem.
  1. IS-SIBT (1) hija s-Solennita tal-Qaddisin kollha u nfakkru l-75 anniversarji mid-Domma tal-Assunta. Se ssir Ċelebrazzjoni Djoċesana bil-Quddiesa, mmexxija minn Monsinjur Arċisqof, fid-9:30am, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Lkoll mistiedna nieħdu sehem.
  1. IS-SIBT (1) Se sir Quddiesa fiċ-ċimiterju fit-3:30pm.
  1. IL-ĦADD (2) L-Għid tal-Imwiet, li fiha nagħmlu t-tifkira solenni tal-mejtin kollha. FL-4pm issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju u wara se jsir it-tberik tal-oqbra. Wara l-Quddiesa tad-9.30am, jsir it-tberik tal-oqbra tal-Bażilika u l-Kannierja. Matul ix-xahar ta’ Novembru l-Kannierja se tkun miftuħa matul il-jum kollu, id-dħul jkun mis-Sagristija tal-bomba.
  1. IL-ĦADD (2) Fil-5pm, fil-Bażilika, jiġi ċċelebrat s-sagrament tal-Magħmudija.
  1. F’Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fit-3:30p.m.
  1. Tul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu b’mod aktar mis-soltu fil-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem. Il-Qaddisin u l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja diġa jinsabu fiha. Il-familjari ta’ dawk li mietu matul din is-sena li jixtiequ jġibu santa tal-għeżież tagħhom jistgħu jwaħħluha mal-board, li se jsir apposta biex lkoll nitolbu għalihom. Min jixtieq jista wkoll jikteb l-ismijiet tal-għeżież mejtin fuq l-karti li se jkun hemm ħdejn il-board.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Novembru, mis-sagristija.
  1. Il-Ġabra speċjali ta’ Jum il-Missjoni kienet ta’ €5,400. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-ġenerożita tiegħu.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Jimmy Galea, Carmelo Agius u Esther Mifsud li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej..............