AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
Avviżi tal-Parroċċa bejn l-1 u t-8 ta' Ġunju 2025.
- IT-TNEJN (2) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-6.30pm.
- IT-TNEJN (2) Ser nagħtu bidu għal Ġimgħa ta’ Tagħlim għal kulħadd mill-membri tal-Museum, fis-7.15pm, fil-Museum tas-subien. It-tema ta’ dawn il-laqgħat se tkun “Min jgħix bit-Tama ma jmutx, imma jgħix tassew”. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
- IL-ĦAMIS (5) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
- IS-SIBT (7) Vġili ta’ Pentekoste, fil-quddiesa tas-6:30pm ser inkunu qed nirriflettu kif bħala Knisja aħna llkoll ħaġa waħda minkejja li ġejjin min-nazzjonijiet differenti. Mistiedna speċjali persuni ġejjin minn pajjiżi differenti. Inħeġġukom tistiednu lil xi ġirien tagħkom.
- IL-ĦADD (8) Festa ta’ Pentekoste, fil-Quddiesa tad-9:30am, fil-Bażilika, l-Addoloxxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof, jagħmlu t-talba formali biex jirċievu dan is-sagrament.
- IL-ĦADD (8) Fl-10.30am jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija.
- IL-ĦADD (8) Fil-Bażilika, fil-5.30pm, żewġ Sorijiet Franġiskani li qed iservu fil-Kunvent tal-Mosta ser jieħdu l-Professjoni Solenni, waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, mmexxija minn Mons Arċisqof. Filwaqt li nitolbu għalihom, mħeġġin biex nitolbu għal aktar vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
- Nitolbu għal Carmelo Schembri u Maurice Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem .....