Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn l-20 u s-27 ta' April 2025.

  1. IL-ĦADD (20) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u wara tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Fis-7pm fil-Bażilika ikun hawn Quddiesa oħra.
  1. IT-TNEJN (21) Jibda t-tberik tal-familji. Hija okkażżjoni li s-saċerdot jitlob flimkien mal-membri tal-familja waqt li jwassal l-barka u l-paċi ta’ Kristu Rxoxt, it-tberik jibda fl-4:00pm.
  1. IT-TNEJN (21) Se jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ għal dawk li applikaw. Inżommmu lil dawn l-koppji fit-talb tagħna.
  1. IT-TLIETA (22) Se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għal-katekisti, fis-7pm, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. L-ERBGĦA (23) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fid-9.00a.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (24) Se ssir laqgħa tas-Support Group tas-Separati, fil-Kappella ta’ San Anard, fis-7pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Il-Kummissjoni Tfal ser torganizza Easter Egg Hunt bejn id-9am u l-11am, għal tfal bejn 6 u 12-il sena. Booking minn fuq il-google form li tinsab fuq mosta parish. Postijiet limitati.
  1. IL-ĦADD (27) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina, fil-Bażilika, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:30pm.
  1. IL-ĦADD (27) Fil-5.30pm, fil-Bażilika is-Saċerdot Novell Mostin Dun Jethro Bezzina ser imexxi Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għad-Don tas-Saċerdozju. Lkoll mistiedna nieħdu sehem.
  1. Il-Ħamis 1 ta’ Mejju, matul n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, ser jiġi organizzat Seminar għall-Operaturi Pastorali tal-Parroċċa, fid-Dar Ħanin Sammaritan, bis-suġġett L-Ispirtu tal-Festa Nisranija, l-kelliema mistiedna ser ikunu Rev Profs Paul Sciberras u Profs Mario Vassallo. Aktar dettalji jinsabu fil-flyers li hemm ħden il-bieb ta’ barra.   
  1. Il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Mosta A tixtieq tavża li l-applikazzjonijet għal dawk it-tfal li se jibdew jattendu l-Kindergarten f'Ottubru 2025 issa huma miftuħa.  Huma eliġibli dawk it-tfal li twieldu mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Dicembru 2022. Aktar dettalji fuq in-noticeboard.
  1. L-Arċipriet, s-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lilkom ilkoll l-Għid it-tajjeb.
  1. Nitolbu għal Agnes Vella, Joseph Sciriha u Carmelo Micallef li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ......