AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
Avviżi tal-Parroċċa
bejn l-14 u l-21 ta' Diċembru 2025.
- IT-TNEJN (15) Nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Matul in-novena, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika qasira quddiem Ġesù Sagramentat li tagħlaq bil-barka Sagramentali. Infakkru fil-ħsieb ta’ kuljum li jinsab fil-ktejjeb li tqassam fi djarna. Koppji ta’ dan il-ktejjeb li jinkludi l-programm tal-Milied jinsab ħdejn il-bieb prinċipali.
- IT-TNEJN (15) fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika jieħdu sehem t-tfal taċ-ċentri tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù, Marija Immakulata u Ċentru Sant Andrija u l-familji tagħhom.
- IT-TLIETA (16) fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika jieħdu sehem it-tfal tal-Museum Subien, Ċentru Santa Margerita, Sunday School u Ċentru ta’ Ta’ Mlit u l-familji tagħhom.
- L-ERBGĦA (17) Se ssir l-Laqgħa ghat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu fil-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati fil-Mosta, li tibda 9.00am bil-Quddiesa.
- L-ERBGĦA (17) Fis-6pm se ssir Quddiesa fil-Knisja tal-Bidnija u wara dimostrazzjoni tal-Bambin mat-toroq tal-Bidnija, mill-membri tal-MUSEUM.
- IL-ĦAMIS (18) Se ssir purċissjoni bil-bambin fiz-zona ta’ Santa Margerita, li tibda fil-5.30pm, minn quddiem il-kappella taz-zona.
- IL-ĦAMIS (18) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika jieħdu sehem l-membri tal-Kunsilli u l-Kummissjonijiet parrokkjali fi ħdan il-Parroċċa.
- IS-SIBT (20) U L-ĦADD (21) Mosta Rotunda Foundation ser ittella Kunċert tal-Milied, fil-Bażilika, fis-8pm, bis-sehem tal-Kor Libera. Kif avżajna d-dħul se jkun bil-biljetti. Jekk hawn min ħa l-biljetti u ma jistax jiġi nitolbuh jirritorna l-biljetti biex ngħadduhom lil min jixtieq jattendi.
- IL-ĦADD (21) Fil-Bażilika, fil-Quddiesa tal-11a.m., se jieħdu sehem t-tfal kollha tal-parroċċa u jsir it-tberik tal-Bambini. Tieħu sehem l-Banda tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija.
- IL-ĦADD (21) Fil-4.45pm, fil-Bażilika ssir ċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
- IL-ĦADD (21) Minħabba l-Kunċert, il-Quddiesa tas-7pm se ssir fis-6:30pm.
- Il- Grupp Tama fi ħdan il-Kummissjoni Djakonija jistieden lill-Anzjani għal Quddiesa u Festin tal-Milied li se jsir it-Tnejn 29 ta' Diċembru fis- Sala ta' l-Oratorju Marija Immakulata fid-9.30 am. Kitba fl-Uffiċċju Parrokkjali sat-Tnejn 22 ta' Diċembru. Aktar dettalji minn fuq in- Noticeboard.
- L-ERBGĦA 31 ta’ Diċembru se jiġi organizzat Festin tal-aħħar tas-Sena, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, mit-8:30p.m. l-quddiem. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħand il-helpers tas-soltu.
- F’dan iż-żmien tal-Milied, min jixtieq jista jġib oġġetti tal-ikel u prodotti oħra biex jingħataw lill-familji fil-bżonn.
- Nitolbu għal Maria Dolores Camilleri u Emanuel Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ......
