Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa
bejn t-28 ta' Ġunju u l-5 ta' Lulju 2026
- IT-TNEJN (29) Sollenita ta’ San Pietru u San Pawl. Xieraq li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-quddies ikun bħal fist il-ġimgħa.
- IT-TNEJN (29) L-istaff tal-Blood Donation Unit se jkunu fil-Parkeġġ tal-Pama Supermarket il-Mosta, bejn d-9a.m. u s-1pm, biex kull min jixtieq, jista jagħti d-demm. Id-donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita magħhom.
- IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9am.
- IT-TLIETA (30) Festa ta’ San Paċifiku, meqjum fil-kor tal-Bażilika. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun kantata.
- IT-TLIETA (30) Il-Grupp ta’ talb Paċi u Sliem se jorganizzaw laqgħa ta’ talb u Quddiesa ta’ riparazzjoni, fil-Kappella taċ-ċentru Sant Andrija, fis-7:15pm. Iqaddes Fr Charles Tabone. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
- L-ERBGĦA (1) Se jsir Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. It-Trasport jitlaq fit-2.45pm, mill-Pjazza tal-Mosta. Booking fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar It-Tnejn li ġej.
- L-ERBGĦA (1) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tlett xhur.
- IL-ĦAMIS (2) Ikun hawn il-Qrar bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9:00 u l-11am u bejn l-4:30 u s-6p.m.
- IL-ĦAMIS (2) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Din se tibqa ssir kull nhar ta’ Ħamis, għal matul iż-żmien tas-Sajf. Wara l-quddiesa ssir attivita fuq iz-zuntier. Il-ġenituri tat-tfal li ser jattendu s-Summer Club tal-parroċċa jkollhom laqgħa wara l-Quddiesa, fil-Bażilika. Navżaw li għal matul iż-żmien tas-Sajf l-Adorazzjoni, fil-Bażilika qabel l-Quddiesa ta’ filgħaxija se tibda ssir nhar ta’ Ġimgħa.
- IL-ĦADD (5) Ssir il-ġabra speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-xahar, li din darba il-ġabra se tkun b’risq il-festa ta’ Santa Marija.
- IT-TLIETA, IS-7 TA’ LULJU se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar tal-Parroċċa. Il-laqgħa se ssir fil-Kor tal-Bażilika, fis-7:00p.m. Dawk kollha li jagħtu dan is-servizz huma mħeġġa biex jattendu.
- Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitlub jiġbru r-roster ta’ Lulju mis-Sagristija.
- Mons Arċisqof qed jafda l-Parroċċa tal-Madonna ta' Pompei M’Xlokk f’idejn Dun Roderick Baldacchino. Filwaqt li nirringrawjaw lil Dun Roderick tal-ħidma li wettaq fil-Parroċċa tagħna, nwiegħduh t-talb tagħna.
- Nitolbu għal Fransina Borg, Marija Dolores Formosa, Carmelo Zammit, Michael Gatt u Joseph Busuttil li għaddew għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....
