Avviżi u Aħbarijiet

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa

bejn it-3 u l-10 ta' Mejju 2026

  1. IL-ĦADD (3) Se ssir Fiera fl-Oratorju Marija Immakulata mit-8am sa nofsinhar.
  1. IT-TNEJN (4) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-6 pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Festa tal-Madonna ta’ Pompej, waqt l-Quddiesa tat-8:30am, fil-Bażilika tingħad it-Talba supplika tal-Madonna.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, jieħdu sehem il-membri tal-U.S.E.U.M., fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca, li l-festa tiegħu taħbat l-għada d-9 ta’ Mejju.
  1. Il-Grupp Servizz Tama fil-Kummissjoni Djakonija tal-Mosta se jorganizza ħarġa għall-Anzjani għas-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej f'Marsaxlokk, nhar l-Erbgħa, it-13 ta’ Mejju. Aktar dettalji minn fuq n-noticeboard. Booking fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar is-Sibt.
  1. Il-Mixja għall-familja f’Selmun, li kienet tħassret minħabba l-maltemp, issa ser ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju fis-6pm. Janima din l-mixja Fr Jimmy Bonnici. Kull min jixtieq trasport lejn u lura minn Selmun għandu jibbukja fl-ufficcju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Alfred Miller, Mikelina Chetcuti u Francis Zammit li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ.....