Category: Aħbarijiet

L-ewwel impenji tal-Arċipriet il-ġdid fil-Mosta

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012, l-Arċipriet il-ġdid Dun Albert Buhagiar kellu ġurnata mpenjuża mhux ħażin. Wara li qaddes il-Parroċċa u qarben kwazi f’kull quddiesa, huwa bierek l-annimali fil-festa ta’ San Anton Abbati ghall-ewwel darba. Għalkemm it-temp kien ikraħ u kienet traxxax ix-xita numru kbir ta’ nies attendew b’kull xorta ta’ annimali fosthom, zwiemel, klieb, […]

Read Full Article

Quddiesa fi tmiem il-ħidma Pastorali ta’ Dun Mario Tong bħala Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta

Is-Sibt 7 ta’ Jannar 2012, saret il-Quddiesa fi tmiem il-ħidma pastorali ta’ Dun Mario Tong bħala Arċipriet tal-parroċċa tagħna. Matul din il-quddiesa ħadu sehem l-Kleru, l-għaqdiet, iz-zoni, komunitajiet, kummisjonijiet kollha tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa Dun Mario ġie ippreżentat is-salib u l-katina li se jilbes meta jsir kanonku fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt,  mill-membri tal-Azzjoni Kattolika Nisa, Co Workers […]

Read Full Article

Imut L-ET Isqof Annetto Depasquale

Tħabbret il-mewt tal-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale Vigarju Ġenerali. Huwa kien Isqof Awżiljarju u Isqof Titulari ta’ Aradi. L-Isqof Depasquale li kellu 73 sena miet fit-3.45 p.m. tat-Tlieta 29 ta’ Novembru 2011. Agħtiħ o Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.   Biografija Mons. Annetto Depasquale twieled Ħal Qormi, fit-28 ta’ Ġunju 1938. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu […]

Read Full Article

Dun Albert Buhagiar ġie nnominat l-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Mosta

    L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta. Dun Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, il-Kulleġġ tal-Karmelitani, Santa Venera, u l-Kulleġġ De La Salle, Cottonera. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta. Dun Albert ġie […]

Read Full Article

DUTTRINA FIL-PARROĊĊA TAL-MOSTA 2011 – 2012

DUTTRINA FIL-PARROĊĊA TAL-MOSTA 2011 – 2012   Id-Duttrina se tibda fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru. Ir-reġistrazzjoni ssir fiċ-ċentri stess, fl-ewwel ġurnata tad-Duttrina, fil-ħin tad-Duttrina. Fil-parroċċa għandna 7 ċentri li fihom isir t-tagħlim tad-Duttrina. Dawn huma: L-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, li qiegħed fi triq it-Torri L-Oratorju Marija Immakulata, li qiegħed fi triq it-Torri Ċentru Marija Omm il-Knisja, […]

Read Full Article

L-Arċipriet Dun Mario Tong ġie maħtur Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pawl il-Belt

  L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Arċipriet Dun Mario Tong bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta. Dun Mario twieled il-Hamrun nhar id-29 ta’ April 1953 u trabba f’Raħal Ġdid. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, is-Seminarju minuri u dak Magguri. Ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Gunju 1977 u mill-ewwel mar […]

Read Full Article