Archive for the ‘Zone News’ Category

Bħalissa għaddej il-Christmas Village fil-Pjazza tal-Mosta. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti. B’dan il-mod jista jissaħħaħ is-sens komunitarju. IL-ĦADD (16) Se jsir kunċert għal żmien il-Milied, mill-Kor Mirabitur, fil-Bażilika tal-Mosta fis-6:30p.m. Dan il-programm se jkun ta’ siegħa. Kulħadd huwa mistieden. Matul din il-ġimgħa se nkomplu bin-novena tal-Milied, fil-Quddiesa tas-6:30p.m fil-Bażilika: IT-TNEJN (17) se jieħdu sehem […]

IT-TLIETA (11) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa. IL-ĦAMIS (13) Se jsir il-ftuħ ta’ Wirja ta’ Presepji fil-Maħżen tal-Armar, fil-Pjazza tal-Mosta. IS-SIBT (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika. IS-SIBT (15) Nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Fil-quddiesa tal-5:00p.m. fil-Bażilika se jieħdu […]

IL-ĦADD (2) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m. fil-Bażilika, it-tfal huma mħeġġa li jġibu l-Girlanda tal-Avvent biex iberkuha. IT-TNEJN (3) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4pm. IL-ĦAMIS (6) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm. IL-ĦAMIS (6) Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir tal-Avvent għal anzjani, […]

GĦADA / LLUM Il-ĦADD (25) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana. MIT-TNEJN (26) SAL-ĠIMGĦA (30) se ssir il-Festa ta’ Sant Andrija, fil-kappella l-antika ta’ Sant Andrija, fis-6:00p.m. se ssir Quddiesa bil-kant u bil-prietka. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni […]

L-ĦADD (18) Issir il-festa tal-Madonna tal-Isperanza, fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa kantata. IT-TLIETA (20) Se ssir Adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9am. IT-TLIETA (20) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan, mill-grupp Kariżmatiku ‘Paċi u Sliem’, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm. L-ERBGĦA (21) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u […]

IL-ĦADD (11) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija. IL-ĦADD (11) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata. IT-TNEJN (12) Se ssir laqgħa ta’ Tagħlim organizzata mill-Grupp EBDA, fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m. Imexxi is-Superjur Joe Fenech. IL-ĦAMIS (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika. […]

IL-ĦADD (4) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju. IT-TLIETA (6) Se ssir Quddiesa fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30a.m., għall-erwieħ tal-Benefatturi tal-Oratorju stess u l-erwieħ tal-membri u tal-familji kollha, organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa. Wara jkun hemm ħin għall-kafe. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa. IT-TLIETA (6) […]

IL-ĦADD (28) Fil-5:30p.m. se jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-quddiesa tal-ħin, tal-5:30p.m. se ssir fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. IT-TLIETA (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, tkun biss sehem tat-Terzjarji Karmelitani, f’għeluq il-75 sena mill-mewt ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija. IT-TLIETA (30) jaħbat l-20 anniversarju mit-tberik tal-Knisja f’Ta’ Mlit. Fis-6:00p.m. fil-Knisja […]

IL-ĦADD (21) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m. IL-ĦADD (21) Se ssir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika, fil-5:00p.m. IL-ĦAMIS (25) Se ssir Ħarġa għall-Anzjani għand is-sorijiet ta’ Sant Ursola l-Belt. Tluq ta’ trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokjali. IL-ĠIMGĦA (26) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija, […]

IL-ĦADD (7) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza Rotunda, Triq il-Kbira, Stivala, Pjazza Dun Ang Camilleri, Barrieri, Gafà, Kungress Ewkaristiku, għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju. IT-TNEJN (8) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena skolastika, fil-Bażilika fil-5:00p.m. IT-TLIETA […]