Matul din il-laqgħa, kien hemm ħin għat-talb, messaġġ mill-ET Mons Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., rapport ta’ ħidma mill-kummissjonijiet tal-parroċċa u mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali u diskors mis-Sur Leonid McKay, direttur tal-Caritas Malta u diskussjoni minn dawk preżenti dwar dawk li fil-parroċċa jinsabu fil-periferija tal-ħajja reliġjuża u soċjali. Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru se ssir it-tieni laqgħa fejn dawk preżenti se jinqassmu f’workshop biex tkompli ssir aktar disskussjoni dwar dan s-suġġett.