Quddiesa fi tmiem il-ħidma Pastorali ta’ Dun Mario Tong bħala Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta

Is-Sibt 7 ta’ Jannar 2012, saret il-Quddiesa fi tmiem il-ħidma pastorali ta’ Dun Mario Tong bħala Arċipriet tal-parroċċa tagħna. Matul din il-quddiesa ħadu sehem l-Kleru, l-għaqdiet, iz-zoni, komunitajiet, kummisjonijiet kollha tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa Dun Mario ġie ippreżentat is-salib u l-katina li se jilbes meta jsir kanonku fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt,  mill-membri tal-Azzjoni Kattolika Nisa, Co Workers ta’ Mother Teresa, Grupp Abbatini, Grupp Armar Marija Assunta, Grupp EBDA, Grupp Hniena Divina, Grupp Organizzattiv tal-Gimgha l-Kbira, Grupp ta’ Talb Paci u Sliem, Grupp Santa Martha, Grupp Ushers, Kor Santa Cecilja, Kummissjoni Djakonija, Kummissjoni Familja, Kummissjoni Zghazagh, Legjun ta’ Marija, Mixja Neo Katekumenali, Museum Bniet, Museum Subien, Oratorju Marija Immakulata, Oratorju Qalb ta’ Gesu, Sorijiet Agostinjani, Sorijiet Frangiskani, Sorijiet tal-Bon Pastur, Sorijiet tal-Karita, Support Group Marija Armla, Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, Zghazagh Azzjoni Kattolika, Zona Ta’ Mlit, Zona Sant’ Andrija, Zona Santa Margerita, Zona tal-Bidnija  kif ukoll mis-Saċerdoti u s-Seminaristi tal-parroċċa. Wara l-Quddiesa sar festin fuq iz-zuntier tal-Knisja.