Tinfetaħ wirja b’risq ir-restawr taz-zuntier tar-Rotunda

Il-Gimgħa 3 ta’ Marzu, infetħet wirja ta’ xeni ta’ Malta fl-antik u snajja li m’għadhomx magħna. Din il-wirja se tibqa miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2011.

Il-Wirja tinsab f’Għajn Riħana, ħdejn il-kappella ta’ Santa Margerita, fi triq Burmarrad.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6:00p.m. sat-8:00p.m.

Is-Sibt u l-Ħadd mill-10:00a.m. sa 12:00p.m. u mis-2:00p.m. sat-8:00p.m.