• MT
  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop
  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop

Il-Mosta tinsab fiċ-ċentru tal-gżira Maltija. Ir-raħal żgħir ta’ Casal Musta, bi storja rikka, tant kiber fid-daqs u fil-popolazzjoni li llum huwa wieħed mill-ibliet l-aktar importanti tal-gżejjer Maltin. Fil-Mosta insibu aktar minn 20,000 persuna, u din l-lokalita għada qed tiżviluppa.

Imma l-aktar ġawhra  prezzjuża ta’ dan il-wirt storiku rikk tal-Mosta huwa s-Santwarju Basilika ddedikata lil Marija Marija Mtella’ fis-Sema bir-ruħ u l-ġisem.

Dan il-bini granjuz huwa t-tielet knisja li nbniet fuq l-istess sit.

Dun Felice Calleja, bniedem dinamiku, inħatar kappillan ġdid tal-Mosta fl-1797. Għalkemm Dun Felic kien imdaħħal sew fiż-żmien, baqa’ joħlom. Il-popolazzjoni kienet qed tikber u ħaseb biex jibni knisja ġdida, Knisja li tista taqdi ahjar lil Komunita Mostija. F’moħħ Dun Felic kienet baqgħet f’mohhu l-ewwel quddiesa tiegħu bħala saċerdot ġdid li kien qaddes fil-Pantheon ta’ Ruma, u hawn gieh il-ħsieb li jibni Pantheon fil-parroċċa tiegħu. Għal din il-biċċa xogħol qabbad il-perit viżjunarju, George Grognet de Vassé, li kien entużjast ħafna b’dan il-ħsieb.

Minkejja li kellu jħabbat wiċċu ma’ ħafna ostakli, fosthom dubji dwar id-disinn tal-koppla, u n-nuqqas ta’ fondi biex jitħallsu l-ispejjeż għall-binja daqshekk enormi, l-ewwel ġebla tqiegħdet fit-30 ta’ Mejju, 1833 u l-bini tlesta fl-1860. Madankollu, Dun Feliċ ma kellu jara xejn minn din il-knisja għaliex laħaq miet fi Frar 1833 fl-età ta’ 82 sena. L-akbar parti ta’ dan il-bini kienet taħt il-gwida tal-imgħallem, il-bennej Angelo Gatt.

Din l-istruttura enormi għandha dijametru ta’ 55.2 metri fuq barra u 39.6 metri fuq ġewwa. Il-faċċata tagħha b’żewġ kampnari tħares lejn in-nofsinhar u għandha portiku b’sitt kolonni.  Il-koppla, magħrufa mad-dinja kollha, mhijiex mirfuda iżda żżomm sħiħa għaliex inbniet fuq il-prinċipju tal-profil katenarju. B’dan il-mod kull filata ġebel hija imqiegħda fuq dik ta’ taħtha, u hekk kull filata iżżomm l-istruttura milli tiġġarraf.

LINKS

  • Il-Parroċċa tal-Mosta
  • Informazzjoni dwar il-quddies
  • Il-Bażilika u l-Viżitaturi
  • Attivitajiet
  • Avviżi u Aħbarijiet
  • Żoni
    • Iż-Żona tal-Bidnija
    • Ta’ Mlit
    • Sant’ Andrija
    • Santa Margerita
  • Kappelel
  • Live Streaming
  • Ikkuntattjana
  • Souvenir Shop

IKKUNTATJANA

Ufficcju Parrokkjali
1, Triq il-Bażilika,
Mosta MST 2015
Tel: 21 433 826 / 27 418 368 
Email: [email protected], [email protected] 

SIBNA

  • Regoli tal-privatezza
  • Termini u Kundizzjonijiet

© 2020 Mosta Parish - Designed by Derek Fenech

Powered By9H Digital